Sessjonijiet Edukattivi dwar l-Abbuż u l-Frodi fl-Anzjanità
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se tkun qed torganizza seminars dwar l-abbuż u l-frodi fost persuni akbar fl-età. Dawn is-sessjonijiet se jsiru bl-għan ewlieni li nżidu l-għarfien fuq it-tipi t’abbuż finanzjarju li persuni akbar fl-età jistgħu jesperjenzaw, kif jistgħu jevitawh u fejn jistgħu jsibu l-għajnuna f’każ ta’ abbuż.
Dawn is-sessjonjiiet se jsiru fil-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, Wied il-Għajn u ż-Żurrieq. L-applikazzjonijiet huma miftuħa għas-seminar li ser jsir:
- San Pawl il-Baħar fl-24 t’April 2023
- Wied il-Għajn fil-15 ta’ Mejju 2023
- Iż-Żurrieq fit-2 ta’ Ġunju 2023
Persuni li ghandhom 60 sena jew iktar li jgħixu fil-komunità u li jixtiequ jattendu għal dawn is-sesminars għandhom iċemplu fuq: 22788374 / 22788337, bejn is-7:30am u s-2:30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa biex jirriservaw post, jew billi jimlew il-formola onlajn billi jagħfsu hawn isfel.