Is-Servizzi ta' Speech Therapy
Ir-rwol tal-Speech Language Pathologist (SLP) f’San Vinċenz de Paul huwa li jippermetti komunikazzjoni effettiva għar-residenti b’disturbi fil-komunikazzjoni u li jippromwovi s-sigurtà meta tibla’ għal klijenti b’disfaġja. Dan jinkiseb permezz ta’ ġerarkija ta’ għanijiet ta’ kura li jinkludu valutazzjoni, prevenzjoni u antiċipazzjoni, appoġġ u manutenzjoni ta’ kapaċitajiet u ħiliet, strateġiji biex jippermettu, jirrestawraw, jew jirrijabilitaw kapaċitajiet u meta dan ma jkunx possibbli li tintervjeni b’mod palljattiv, u b’hekk tikkontribwixxi għas-salvagwardja ta’ il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.