aacc.gov.mt

Prattika fil-Kura tad-Dimensja

Titlu: Prattika fil-Kura tad-Dimensja
Kodiċi: LAS1102
Krediti: 6ECTS
Livell ta’ Kwalifikazzjoni: Award f’livell 5
Korp ta’ Akkreditazzjoni: Università ta Malta
Frekwenza tal-kors: Darbtejn fis-sena
Mod ta’ Attendenza: Full-Time
Kif ser jingħata: Lezzjonijiet fil-klassi u attivitajiet terapewtiċi fis-swali tad-dimensja
Tul tal-kors: 94 siegħa
Applikanti: Ħaddiema ta’ SVP li għandhom interess speċjali li jaħdmu fis-swali jew ċentri tad-dimensja
Lingwa: Malti/Ingliż
Post: Ċentru tat-Taħriġ, SVP

Skop tal-Kors

L-għan ta’ dan il-kors hu biex wieħed ikompli jtejjeb u jinforma lilu innifsu dwar il-kura tad-dimensja u kif wieħed jista’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-kura saħansitra f’persuni bid-dimensja.

Min jista’ japplika?

  • Dawk il-ħaddiema li jaħdmu ġewwa sala tad-dimensja f’SVP jkollhom preferenza sabiex jidħlu għal dan il-kors
  • Il-professjonisti tas-saħħa u carers ta’ kull livell ġewwa SVP
  • L-iskrivani tas-swali

Kif tista’ tapplika?

L-applikazzjonijiet bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż jintlaqgħu ġewwa l-uffiċju taċ-Ċentru tat-Taħriġ, SVP jew billi jintbagħtu b’email fuq [email protected]

Għal iktar informazzjoni tista’ iċċempel fuq 22912473/22912485, jew tibgħat email fuq [email protected]

Ħlas

Dan il-kors huwa sponsorjat minn SVP għall-impjegati kollha ta’ SVP

X’ser titgħallem?

Dan il-kors jagħti l-istudenti għarfien dwar il-prattiċi bażiċi dwar il-kura tad-dimensja, li tippermetti li jifhmu kunċetti innovattivi fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja fost persuni bid-dimensja u l-familji tagħhom. Tul il-perjodu ta’ dan il-kors inti ser titgħallem:

  • Għarfien dwar l-epidemjoloġija attwali tad-dimensja f’Malta
  • Eżaminazzjoni tal-istrateġiji varji ta’ komunikazzjoni fid-dimensja
  • Immaniġġja s-sintomi tal-imġieba u psikoloġiċi tad-dimenzja
  • Tagħraf u timmaniġġja sintomi tal-imġieba u psikoloġiċi tad-dimensja
  • Interventi mhux farmakoloġiċi fost persuni bid-dimensja
  • Kif wieħed jimplimenta attivitajiet terapewtiċi ma’ persuni bid-dimensja
  • Tirrikonoxxi miżuri ta’ kura paljattiva fid-dimensja b’mod speċjali fl-istadji avvanzata.

Opportunitajiet ta’ Taħriġ u Karriera

  • Tkabbar l-għarfien fil-kura tad-dimensja u tesperjenza opportunita’ sabiex taħdem fil-prattika ma’ persuni bid-dimensja
  • Tkompli tkabbar l-għarfien tiegħek dwar il-kura tad-dimensja u żomm ruħek aġġornat bl-aħħar riċerki u żviluppi dwar id-dimensja
  • Tkabbar il-profil ta’ taħriġ tiegħek personali

Struttura tal-Programm

Dawn huma s-suġġetti li ser jiġu mgħoddija waqt il-kors:

  • L-epidemjoloġija u l-impatt tad-dimensja
  • Sintomi psikoloġiċi u imġieba f’persuni bid-dimensja
  • L-effett psikoloġiku tad-dimensja fuq il-membri tal-familja u fuq dawk li jieħdu ħsiebhom.
  • Il-kura paljattiva fid-dimensja
  • Kwistjonijiet legali fid-dimensja
  • Komunikazzjoni
  • Servizzi tal-komunità
  • Kura ċentralizzata madwar il-persuna bid-dimensja
  • Attivitajiet terapewtiċi ma’ persuni bid-dimensja

Siegħat ta’ Tagħlim Totali

Lezzjonijiet Prattika Klinika Assessment
23 Siegħa
66 Siegħa
2 -Sagħtejn

Assessment

Wieħed ikun jista’ jagħmel l-eżamijiet jekk l-istudent ikun attenda mill-inqas 80% tal-kors kemm fil-prattika u kemm fil-teorija. Hekk jiġi li l-istudent jista’ jfalli jumejn (4 siegħat) fil-prattika u madwar 12-il siegħa marid waqt il-prattika.

Il-marka finali ser tkun ibbażata hekk:

Assessments Pass Mark % tal-marka Finali
Eżami tal-Kitba
45%
35%
Practical Activity
45%
35%
Kitba ta’ Riflessjoni
45%
30%

Kull student irrid jaħdem bi sħiħ sabiex jgħaddi minn kull assessment matul dan il-kors. Jekk wieħed ma jgħaddix mill-eżami tal-prattika jew tal-kitba jew it-tnejn, wieħed għandu l-possibilità’ li jista’ jirrepeti l-eżami meħtieġ. Jekk wieħed jibqa’ ma jgħaddix, il-kors irid jiġi ripetut mill-bidu.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.