Gruppi ta’ Sapport Psikoloġiku fil-Komunità
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) b’kollaborazzjoni ma’ SOS Malta se tkun qed tipprovdi gruppi ta’ sapport psikoloġiku għal persuni li għandhom 60 sena jew iktar u li jgħixu fil-komunità.
Matul dawn is-sessjonijiet se jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom is-solitudni, luttu, relazzjonijiet, komunikazzjoni u suġġetti oħra li jistgħu jiġu mitluba mill-parteċipanti fil-grupp.
Dawn is-sessjonijiet se jkunu koordinati minn psikologu kwalifikat.
Il-programm jikkonsisti f’seba’ (7) sessjonijiet ta’ madwar siegħa u nofs kull waħda, li se jsiru darba fil-ġimgħa fil-ħamsa ta’ filgħaxija. F’Malta dawn il-gruppi se jsiru fis-sala tal-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni, ġewwa l-Ħamrun. Is-sessjonijiet f’Għawdex se jsiru fis-sala tal-parroċċa ta’ Sannat.
Persuni interessati li jattendu għandhom japplikaw jew billi jċemplu fuq 22788238, jew mill-post fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Active Ageing and Community Care, jew billi jimlew l-applikazzjoni online li tinstab f’ din il-website, billi jikklikkjaw fuq ‘APPLIKA HAWN’.