Servizz ta’ Psikjatra fil-Komunità
Is-servizz ta’ psikjatra fil-komunità jipprovdi evalwazzjoni psikjatrika għall-anzjani li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba raġunijiet fiżiċi jew mentali.
X’SE TINGĦATA
Wara riferiment mit-tabib tal-familja, il-każ jiġi diskuss u evalwat mill-psikjatra, professjonisti li jkunu qed isegwu l-każ u t-tabib tal-familja. Wara din il-konsultazzjoni, tittieħed deċiżjoni jekk għandiex issir vista ġewwa d-dar tal-applikant. Il-psikjatra jagħmel evalwazjoni tas-saħħa mentali fuq il-post ma’ professjonisti li jafu l-każ. Il-psikjatra jkun jista’ jiffaċilita aċċess għal servizzi oħra tas-saħħa mentali u jirrakkomanda terapiji skont il-każ.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
KIF TAPPLIKA
Każijiet eliġibbli jiġu identifikati mill-Commcare u d-Dementia Intervention Team u dawn jitolbu riferiment mingħand it-tabib tal-familja li titlob għal eżami psikjatriku. Dan isir biex naċċertaw kura ħolistika u sabiex il-professjonisti jkollhom aċċess għall-istorja medika tal-każ.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ iċempel fuq 2258 9393.
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja