Is-Servizz ta’ Occupational Therapy

Is-Servizz ta’ Occupational Therapy huwa kkonċernat li jippromovi s-saħħa u l-benessri tal-anzjan permezz ta’ okkupazzjoni. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jippermetti lil anzjan jipparteċipa f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Dan r-riżultat jinkiseb billi wieħed jaħdem mal-anzjan u kommunitajiet biex itejbu l-abbiltà tagħhom biex jidħlu f’okkupazzjonijiet li jridu jew li jeħtieġu, inkella billi jimmodifikaw l-ambjent ħalli jagħtu appoġġ aħjar fl-okkupazzjonali tagħhom.

X'SE TINGĦATA

Assessjar tas-Saħħa u Ħiliet Bażiċi.

Ippjanar u Implimentazzjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.

Reviżjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq u ma jistgħux joħorġu minn darhom;
  • Anzjani residenti f’Djar Residenzjali tal-Gvern jew li jifformaw parti mill-iskema tal-Public Private Partnership
  • Il-persuni li jeħtieġu riabilitazzjoni fil-komunità huma kkunsidrati skont id-diskrezzjoni tal-Allied Health Professionals.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant. 
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Kiri ta' Sodod b'Għoli Varjabbli u Motorizzati lill-Persuni Eliġibbli li Jgħixu fil-Komunità

Persuna li għandha 60 sena jew aktar, għadha tgħix fil-komunità u ma tistax toħroġ mis-sodda jew ikollha diffikultajiet biex toħroġ mis-sodda, tista’ tikri sodda motorizzata.

X'SE TINGĦATA

  • Assessjar dettaljat minn Fiżjoterapista jew Occupational Therapist fid-dar tal-persuna stess biex tiddetermina jekk persuna hijiex eliġibbli għal dan is-servizz jew le.
  • Il-persuna eliġibbli għal dan is-servizz tkun trid tħallas disgħa u għoxrin ewro u ħamsin ċenteżmu tal-ewro (€29.50) fix-xahar  li jinkludi l-VAT.  Il-kumplament tal-ħlas għall-kera tas-sodda motorizzata, flimkien mal-ispejjeż  kollha tat-trasport tas-sodda u tal-lifter, fejn ikun hemm bżonn titħallas mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
  • Il-kera ta’ kull xahar titħallas kollha mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità f’każ ta’ dawk il-persuni li għandhom formola roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
  • Is-sodda motorizzata titwassal fid-dar tal-persuna eliġibbli, u tintrama fuq il-post fi żmien ħmistax (15) -il ġurnata tax-xogħol min-notifika lill-kuntrattur mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

ELIĠIBBILTÀ

Dan is-servizz huwa mmirat għal dawk il-persuni li jgħixu fil-komunità u għandhom sittin (60) sena jew aktar, u/jew:

  • ma jistgħux joħorġu mis-sodda;
  • ikollhom diffikultajiet biex joħorġu mis-sodda;
  • huma f’riskju għoli li jiksbu tibdil fl-istruttura tal-muskoli;
  • jeħtieġu pożizzjoni addattata tal-ġisem fis-sodda relatata ma’ problemi ta’ saħħa oħra.

TMIEM TAS-SERVIZZ

Il-klijenti jistgħu jwaqqfu dan is-servizz meta jridu.  Meta għal xi raġuni jew oħra s-servizz ma jkunx aktar meħtieġ, il-klijenti jew il-qraba tagħhom għandhom javżaw lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità immedjatament.  Min-naħa tiegħu l-kuntrattur għandu jiġbor is-sodda lura fi żmien jumejn minn meta jiġi notifikat biex jagħmel dan.  Il-ħlas tal-kera jieqaf mid-data li fiha l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tkun notifikata li s-servizz mhux aktar meħtieġ.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Wieħed għandu jimmarka is-servizz tal-Fiżjoterapija jew Occupational Therapy biex japplika għal dan is-servizz.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn