Servizz ta’ Testijiet Mediċi b’xejn għal Kundizzjonijiet tal-Widnejn, Imnieħer u Griżmejn (ENT) u Testijiet tas-Smigħ

Is-Servizz għal Kundizzjonijiet tal-Widnejn, Imnieħer u Griżmejn (ENT) u Testijiet tas-Smigħ se jippermetti lill-anzjani kollha ‘l fuq minn 65 sena biex jagħmlu testijiet b’xejn għal kundizzjonijiet talwidnejn, imnieħer u griżmejn, filwaqt li se jiġi offrut wkoll eżaminazzjoni tas-smigħ.

X'SE TINGĦATA

Is-servizz tal-Klinika tal-ENT ser ikun qiegħed jiftaħ darbtejn fil-ġimgħa.

Il-klient jiġi reġistrat għal appuntament u jingħata l-ewwel data disponibbli. Il-klient ikun infurmat bittelefon bl-appuntament kif ukoll jirċievi ittra bl-informazzjoni iktar tard.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Is-servizz se jkun disponibbli bla ħlas lil dawk il-persuni anzjani kollha li għandhom ‘l fuq minn 65 sena

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Referenza mit-tabib mediku

Tista’ iċċempel għal appuntament għall-ENT Clinic tad-Day Clinic fuq in-numru tat-telefon 22912271.

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn