Kura tal-Anzjani (Teorija u Prattika)

Titlu: Il-Kura tal-Anzjani: Teorija u Prattika
Kodiċi:  LAS1101
Krediti: 14ECTS
Livell ta’ Kwalifikazzjoni: Award f’livell 5
Korp ta’ Akkreditazzjoni: Università ta Malta
Frekwenza tal-kors: Darbtejn fis-sena (Frar/Settembru)
Mod ta Attendenza: Full-Time jew Part-Time (skont id-domanda tal-pubbliku)
Kif ser jingħata: Lezzjonijiet fil-klassi, spjegazzjonijiet b’xeni reali fis-swali jew kmamar (simulated ġewwa iċ-Ċentru tat-Taħriġ kif ukoll prattika fis-swali)
Tul tal-kors: 17-il ġimgħa
Età: 16+
Lingwa: Malti/Ingliż
Post: Ċentru tat-Taħriġ, SVP

Skop tal-Kors

L-għan ġenerali ta’ dan il-kors huwa li jippermetti lill-istudenti jiksbu l-għarfien u l-ħiliet prattiċi sabiex jappoġġjaw lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u jkunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv fl-ambjenti tal-kura fit-tul għall-kura tal-anzjani.

It-teorija u l-prattika matul dan il-kors huma iddisinjati biex jiżviluppaw il-kapaċità tal-istudent biex ikun jista’ jaħdem fi ħdan il-qasam sabiex wieħed ikun jista’ jipprovdi kura ta’ kwalità u pożittivita mal-pazjenti, anzjani, residenti u persuni fil-bżonn.

Rekwiżiti Meħtieġa

  • Tkun lestejt l-edukazzjoni obbligatorja, jiġifieri sal-Form 5
  • Età minn 16-il fuq
  • Tkun fil-pussess ta’ kondotta tal-Pulizija riċenti u nadifa.
  • Tkun litterat fil-Malti u fl-Ingliż

Kif tista’ tapplika

L-applikazzjonijiet bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż jintlaqgħu ġewwa l-uffiċju taċ-Ċentru tat-Taħriġ, SVP jew billi jintbagħtu b’email fuq training-centre.svp@gov.mt

Għal iktar informazzjoni tista’ iċċempel fuq 22912473/22912485, jew tibgħat email fuq training-centre.svp@gov.mt

Ħlas

Flimkien mal-applikazzjoni, il-ħlas ta Eur75 huwa applikabbli.

X’ser titgħallem?

Tul il-perjodu ta’ dan il-kors inti ser titgħallem kif:

  • Tagħti kura iċċentrata madwar il-pazjent u kif tkun tista’ tassisti l-anzjani fl-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum.
  • Tipprovdi kura billi żżomm u tiżviluppa l-livell massimu ta’ indipendenza u l-kwalità tal-ħajja ta’ kull resident jew klijent individwali.
  • Tuża approċċ infurmat għas-soluzzjoni tal-problemi biex tipprovdi kura u assistenza lill-klijenti u lill-familji
  • Tipprovdi kura u assistenza għal klijenti/residenti li jesperjenzaw sfidi konjittivi u/jew tas-saħħa mentali
  • Tinteġra ma’ membri oħra tat-tim multi-dixxiplinarju
  • Tikkomunika b’mod ċar, preċiż u effettiv mal-klijenti/residenti u l-familji
  • Twettaq il-kompetenzi meħtieġa b’mod riflessiv, responsabbli u professjonali.

Opportunitajiet ta’ xogħol u taħriġ għall-futur

  • B’dan il-kors inti tkun tista’ taħdem bħala carer kwalifikata ġewwa Malta u Għawdex
  • Tista’ tavvanza biex tkompli tistudja f’ċentri oħra ta’ studji dwar ix-Xjenza ta’ Saħħa, Servizzi fil-Komunità kif ukoll taħriġ iktar avvanzat dwar ix-xjenza u l-kura tas-saħħa.

Struttura tal-Programm

  • Modulu 1: L-irwol tal-’Care assistant’ fit-tim multi-dixxiplinarju
  • Modulu 2: Kura fil-Ġerjatrija
  • Modulu 3: Komunikazzjoni
  • Modulu 4: Nutrizzjoni fl-Anzjani
  • Modulu 5: Prevenzjoni u Kontroll ta Infezzjonijiet
  • Modulu 6: Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol
  • Modulu 7: Kura Akuta, Kura fit-tul u Kura fil-Komunità’
  • Modulu 8: Kura f’persuna bid-dimensja
  • Modulu 9: Ħiliet kliniċi
  • Modulu 10: Prattika Klinika


Siegħat ta’ Tagħlim Totali
 

Lezzjonijiet

Studju Individwali

Prattika Klinika

Assessments

187 Siegħa

50 Siegħa

187 Siegħa

4 Siegħat


Assessments

Il-marka finali ser tkun ibbażata hekk:

Assessment

Pass Mark

% tal-marka Finali

Kitba ta’ Riflessjoni

45%

20%

Eżami tal-kitba

45%

40%

Logbook*

45%

20%

OSCE*

45%

20%

*marka ta’ mill-inqas 45% kemm fil-Logbook u kemm fil-OSCE hija mandatorja biex il-marka globali tkun tista’ tinħareġ.

Jekk l-istudent ma jkunx ġab pass mark fil-prattika u fl-eżami, l-istudent jista’ jerġa jagħti l-eżami darba biss. Jekk l-istudent jgħaddi fl-OSCE u fl-eżami imma jfalli fl-assessment l-oħrajn imbagħad:

  1. Jekk l-istudent jgħaddi bil-marka globali, l-istudent irid jerġa jagħmel dawk li ma jkunx għadda minnhom;
  2. Jekk l-istudent ma jġibx il-pass mark fil-marka globali, irid jerġa’ jagħmel l-assessments li ma jkunx għadda minnhom. Jekk jibqa’ ma jgħaddix, il-kors kollu jkun irid jiġi ripetut.
  3. L-istudenti kollha ma jistgħux jaqbżu l-5 t’ijiem ta’ mard u 5 t’ijiem (25 siegħa) ta’ assenza fil-klassi. Jekk jiġri dan, kull student ma jkunx eliġibbli sabiex jagħmel l-aħħar eżami finali tal-prattika jew dak tal-kitba.
  4. Kull student/a għandu jħares l-istruzzjonijiet u linji gwida tal-Faċilita’ għal-Kura fit-tul ġewwa SVP. Jistgħu jittieħdu azzjonijiet dixxiplinarji mill-Università’ ta’ Malta, jekk l-istudent immur kontra kull forma ta’ mġieba ħażina matul dan il-kors.

    Jekk l-istudent jirrepeti l-assessment, il-marka massima li jista’ jġib hija ta 45%. Jekk l-istudent jirrapporta ma jiflaħx għall-eżami, importanti li jiġi ippreżentat ċertifikat tal-mard f’inqas minn 24 siegħa, biex ikun jista’ jirrepeti l-eżami.