Kura tad-Dimensja fid-Djar
Titlu: Kura tad-Dimensja fid-Djar
Frekwenza tal-kors: Skond il-ħtieġa (Bosta drabi darbtejn fis-sena)
Mod ta Attendenza: Sagħtejn (2hours) – Darba fil-ġimgħa
Tul tal-kors: 10 ġimgħat
Età: 16+
Lingwa: Malti/Ingliż
Post: Ċentru tat-Taħrig, SVP jew Online
Skop tal-kors
Ir-riċerka stabbiliet li l-biċċa l-kbira tal-kura hija pprovduta minn dawn il-persuni li joffru kura lil tal-familja. Waħda mill-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dimensja ta’ Malta 2013-2020, hija li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni bi dimensja kif ukoll tal-membri li jieħdu ħsiebhom.
Kif tista’ tapplika
L-applikazzjonijiet bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż jintlaqgħu ġewwa l-uffiċju taċ-Ċentru tat-Taħrig, jew billi jintbagħtu b’email fuq training-centre.svp@gov.mt
Għal iktar informazzjoni tista’ iċċempel fuq 22912473/22912485, jew billi tibgħatilna email fuq training-centre.svp@gov.mt
Ħlas
Dan il-kors huwa b’xejn.
X’ser titgħallem waqt il-kors?
- Dan il-kors joffri l-aħħar żviluppi dwar id-dimensja.
- Joffri opportunita’ biex titgħallem dwar l-esperjenza ta’ persuni bid-dimensja minn perspettiva differenti
- Perspettiva aħjar biex persuni bid-dimensja jkunu jistgħu jgħixu aħjar fil-komunita’
- Tagħlim dwar stadji differenti tad-dimensja u kif persuni li joffru l-kura jistgħu jifhmu aħjar dawn l-istadji differenti
- Opportunita’ lil persuni li joffru il-kura biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom
- Għarfien lil persuni li joffru il-kura lil persuni bid-dimensja biex joffru kura lil tal-familja
Intenzjoni tal-kors
Dan il-kors huwa maħsub għal dawk il persuni li joffru kura lill-membri tal-familja, qraba u ħbieb bid-dimensja. It-terminu “persuni/a li toffri kura lil tal-familja” jirreferi għal dawk il-persuni li jieħdu ħsieb il-qraba u dawk l-aktar għal qalbhom u ma jitħallsux formalment għas-servizz li jagħtu.
Kontenut tal-kors
Dan il-kors huwa mfassal fuq għaxar (10) ġimgħat u jingħata fic-Ċentru tat-Taħrig, ġewwa SVP.
Is-sezzjonijiet huma ta’ sagħtejn kull waħda u jingħataw darba fil-ġimgħa. Kull grupp huwa magħmul minn madwar 5 u 8 persuni li joffru kura lil persuni bid-dimensja id-djar tagħhom.
Matul dawn l-għaxar (10) ġimgħat, il-programm tal-kors ser ikun hekk:
- 1 ġimgħa – Introduzzjoni fuq id-Dimensja
- 2 ġimgħa – Arranġamenti dwar kif tista taddatta kif wieħed jpoġġi bilqiegħda u dwar is-sintomi tal-imġieba differenti fid-dimensja
- 3 ġimgħa – Kunċetti żbaljati dwar id-dimensja u l-attitudnijiet diffiċli
- 4 ġimgħa – Servizzi tad-Dimensja fil-Komunita’ Maltija u Għawdxija
- 5 ġimgħa – Attivitajiet ma’ persuni bid-Dimensja u l-aħħar stadju tad-dimensja u xi gruppi ta’ sapport jeżistu sabiex wieħed jirreferi għall-għajnuna neċessarja
- 6 ġimgħa – Nutrizzjoni fid-dimensja u l-kontinenza (modi ta` kif ittawal il-kontinenza)
- 7 ġimgħa – Persuni li jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja fil-komunita’ u Servizz ta’ Respite
- 8 ġimgħa – L-importanza tal-kura personalizzata. Il-Psikoloġija li timxi il’ quddiem meta tkun qiegħed tieħu ħsieb persuni bid-dimensja.
- 9 ġimgħa – Kwistjonijiet legali dwar il-kura tad-dimensja. Valuri morali u etiċi fil-kura tad-dimensja
- 10 ġimgħa – Kif tista taċċessa informazzjoni dwar il-kura tad-dimensja online. Informazzjoni dwar il-Dementia Intervention Team u Dementia Day Centres fil- Komunita’