Prattika fil-Kura tad-Dimensja
Titlu: Prattika fil-Kura tad-Dimensja
Kodiċi: LAS1102
Krediti: 6ECTS
Livell ta Kwalifikazzjoni: Award fil-Livell 5
Korp ta’ Akkreditazzjoni: Università ta Malta
Frekwenza tal-kors: Darbtejn fis-sena
Mod ta’ Attendenza: Full-Time
Kif ser jingħata: Lezzjonijiet fil-klassi u attivitajiet terapewtiċi fis-swali tad-dimensja
Tul tal-kors: 94 siegħa
Applikanti: Ħaddiema ta’ SVP li għandhom interess speċjali li jaħdmu fis-swali jew ċentri tad-dimensja
Lingwa: Malti/Ingliż
Post: Training Centre, SVP
Skop tal-Kors
L-għan ta’ dan il-kors hu biex wieħed ikompli jtejjeb u jinforma lilu innifsu dwar il-kura tad-dimensja u kif wieħed jista’ jtejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-kura saħansitra f’persuni bid-dimensja.
Min jista’ japplika?
- Dawk il-ħaddiema li jaħdmu ġewwa sala tad-dimensja f’SVP jkollhom preferenza sabiex jidħlu għal dan il-kors
- Il-professjonisti tas-saħħa u carers ta’ kull livell ġewwa SVP
- L-iskrivani tas-swali
Kif tista’ tapplika?
L-applikazzjonijiet bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż jintlaqgħu ġewwa l-uffiċju t-Training Centre jew billi jintbagħtu b’email fuq training-centre.svp@gov.mt
Għal iktar informazzjoni tista’ iċċempel fuq 22912473/22912485, jew billi tibgħatilna email fuq training-centre.svp@gov.mt
Ħlas
Dan il-kors huwa sponsorjat minn SVP għall-impjegati kollha ta’ SVP
X’ser titgħallem?
Dan il-kors jagħti l-istudenti għarfien dwar il-prattiċi bażiċi dwar il-kura tad-dimensja, li tippermetti li jifhmu kunċetti innovattivi fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja fost persuni bid-dimensja u l-familji tagħhom. Tul il-perjodu ta’ dan il-kors inti ser titgħallem:
- Għarfien dwar l-epidemjoloġija attwali tad-dimensja f’Malta
- Eżaminazzjoni tal-istrateġiji varji ta’ komunikazzjoni fid-dimensja
- Tagħraf u timmaniġġja sintomi tal-imġieba u psikoloġiċi tad-dimensja
- Interventi mhux farmakoloġiċi fost persuni bid-dimensja
- Kif wieħed jimplimenta attivitajiet terapewtiċi ma’ persuni bid-dimensja
- Tirrikonoxxi miżuri ta’ kura paljattiva fid-dimensja b’mod speċjali fl-istadji avvanzata.
Opportunitajiet ta’ Taħriġ u Karriera
- Tkabbar l-għarfien fil-kura tad-dimensja u tesperjenza opportunita’ sabiex taħdem fil-prattika ma’ persuni bid-dimensja
- Tkompli tkabbar l-għarfien tiegħek dwar il-kura tad-dimensja u żomm ruħek aġġornat bl-aħħar riċerki u żviluppi dwar id-dimensja
- Tkabbar il-profil ta’ taħriġ tiegħek personali
Struttura tal-Programm
Dawn huma s-suġġetti li ser jiġu mgħoddija waqt il-kors:
- L-epidemjoloġija u l-impatt tad-dimensja
- Sintomi psikoloġiċi u imġieba f’persuni bid-dimensja
- L-effett psikoloġiku tad-dimensja fuq il-membri tal-familja u fuq dawk li jieħdu ħsiebhom.
- Il-kura paljattiva fid-dimensja
- Kwistjonijiet legali fid-dimensja
- Komunikazzjoni
- Servizzi tal-komunità
- Kura ċentralizzata madwar il-persuna bid-dimensja
- Attivitajiet terapewtiċi ma’ persuni bid-dimensja
Sigħat ta’ Tagħlim Totali
Lezzjonijiet | Prattika Klinika | Assessment |
23 Siegħa | 66 Siegħa | 2 – Sagħtejn |
Assessment
Wieħed ikun jista’ jagħmel l-eżamijiet jekk l-istudent ikun attenda mill-inqas 80% tal-kors kemm fil-prattika u kemm fil-teorija. Hekk jiġi li l-istudent jista’ jfalli jumejn (4 siegħat) fil-prattika u madwar 12-il siegħa marid waqt il-prattika.
Il-marka finali ser tkun ibbażata hekk:
Assessment | Pass Mark | % tal-marka Finali |
Eżami tal-Kitba | 45% | 35% |
Practical Activity | 45% | 35% |
Kitba ta’ Riflessjoni | 45% | 30% |
Kull student irrid jaħdem bi sħiħ sabiex jgħaddi minn kull assessment matul dan il-kors. Jekk wieħed ma jgħaddix mill-eżami tal-prattika jew tal-kitba jew it-tnejn, wieħed għandu l-possibilità’ li jista’ jirrepeti l-eżami meħtieġ. Jekk wieħed jibqa’ ma jgħaddix, il-kors irid jiġi ripetut mill-bidu.