Servizz għall-imaniġġjar tad-Dijabete fid-Dar
Is-servizz għall-immaniġjar tad-Dijabete fid-Dar huwa pprovdut internament fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, fejn klijenti dijabetiċi li b’ xi mod jew iehor ma jistgħux joħorġu minn djarhom u li m’għadhomx jiġu segwiti minħabba l-limitazzjonijiet tagħhom, jiġu vvalutati fi djarhom stess.
Għan:
Is-servizz tal-Immaniġġjar tad-Dijabete fid-Dar huwa mmirat u bbażat fil-komunità, imfassal biex jappoġġja lill-anzjani li jgħixu bid-dijabete, b’mod partikolari dawk li ma jistgħux joħorġu minn djarhom. Klijenti dijabetiċi li diġà jirċievu servizzi mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) se jiġu identifikati minn professjonisti tal-AAKK u rriferuti lit-Tim tal-Immaniġġjar tad-Dijabete fid-Dar.
X’Ser jinghata:
Ladarba klijent jiġi riferut, il-każ jiġi diskuss, u jiġi mfassal pjan ta’ kura apposta. It-Tabib (GP) u l-infermier tal-AAKK jagħmlu żjara fid-dar fejn joffru assessjar komprensiva u appoġġ kontinwu biex itejbu l-immaniġġjar tad-dijabete u jippromwovu ħajja sigura u indipendenti. Professjonisti oħra mit-tim multi dixxiplinarju jistgħu jkunu involuti wkoll, u ż-żjarat ta’ wara jiġu stabbiliti skont il-ħtigijiet tal-klijent.
Eliġibilità:
- Klijenti tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità (AAKK);
- Klijenti dijanjostikati bid-Dijabete Mellitus li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba l-kundizzjoni fiżika jew mentali;
- Klijenti li mhumiex qed jiġu segwiti fir-rigward tad-dijabete tagħhom.
Kif tapplika:
- Il-Commcare u/jew professjonisti oħra tal-AAKK se jidentifikaw klijenti eliġibbli u jirreferuhom lit-Tim tal-Immaniġġjar tad-Dijabete fid-Dar.
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattjana