aacc.gov.mt

Applikazzjonijiet

Applikazzjoni għas-Servizzi għall-Anzjani

Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu l-għan sabiex jippromovi anzjanità attiva kif ukoll kwalità ta’ ħajja aħjar għall-anzjani. Id-dipartiment jipprovdi diversi servizzi ta’ sapport u kura tas-saħħa permezz ta’ kura personalizzata li tiffoka fuq benefiċċji tanġibbli u kura sostenibbli fit-tul. Id-dipartiment jipprovdi wkoll servizzi fil-komunità bħala parti mill-impenn tiegħu sabiex ikompli jagħti sapport lill-anzjani li jgħixu fil-komunità u b’hekk jipposponi l-bżonn li jidħlu għal kura fit-tul.

Qatt Mhu Tard

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) qed tipprovdi appoġġ finanzjarju għal proġetti ta’ letteratura lill-persuni minn 60 sena ’l fuq, biex tappoġġjahom fit-twettiq tal-ħolm letterarju tagħhom.  Il-proġetti jistgħu jinkludu kitba u pubblikazzjoni, avvenimenti u festivals letterarji, edukazzjoni u taħriġ letterarju, riċerka u studji letterarji, proġetti ta’ traduzzjoni, kampanji ta’ qari u litteriżmu, proġetti letterarji bbażati fuq il-komunità, jew kwalunkwe sforz kreattiv ieħor li jagħti s-setgħa lill-anzjani jesprimu ruħhom permezz tal-letteratura u jinvolvu ruħhom mal-komunitajiet tagħhom.

Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Mejju 2025.

Kura tad-Dimensja fid-Dar

Dan il-kors huwa maħsub għal dawk il persuni li joffru kura lil membri tal-familja, qraba u ħbieb bid-dimensja. It-terminu “persuniali toffri kura lil tal-familja” jirreferi għal dawk il-persuni li jieħdu ħsieb il-qraba u dawk l-aktar għal qalbhom u ma jitħallsux formalment għas-servizz li jagħtu. Ir-riċerka stabbiliet li l-biċċa l-kbira tal-kura hija pprovduta minn dawn il-persuni li joffru kura lil tal-familja. Waħda mill-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dimenzja ta’ Malta 2013-2020, hija li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ individwi li jgħixu bid-dimensja, il-persuni li joffru kura u l-membri tal-familja tagħhom.

Dan is-servizz huwa pprovdut minn San Vinċenz De Paul faċilità ta’ kura fit-tul, fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva.

Tixjiħ b’Affezzjoni: Inkoraġġiment tal-Intimità, Sesswalità, u Konnessjoni

Din il-konferenza għandha l-għan li twassal għarfien dwar id-dinamika li qed tevolvi fir-relazzjonijiet u l-intimità hekk kif l-individwi jikbru fl-eta’. Permezz ta’ diversi diskussjonijiet f’panels, preżentazzjonijiet ta’ riċerka, pubblikazzjonijiet, u sessjonijiet ta’ posters, kelliema kemm lokali kif ukoll internazzjonali se jixħtu dawl fuq dawn is-suġġetti importanti.

L-għan ewlieni huwa li jiġu enfasizzati l-importanza tal-bidliet fl-affezzjoni u r-relazzjonijiet matul il-proċess tal-ħajja. Il-konferenza se tiffoka wkoll fuq il-ħolqien ta’ spazji siguri għal djalogu miftuħ bejn l-individwi, il-qrabat tagħhom, u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, filwaqt li jiġu esplorati modi kif jiġu mtejba l-ambjenti lokali u s-servizzi biex jirriflettu aħjar dawn il-bżonnijiet.

It-Tariffa Early Bird tapplika sa’ 30 ta’ Marzu 2025.

Għal referenza, il-Programm tal-Konferenza huwa mehmuż ukoll.

Grazzi ħafna, nistennew bil-ħerqa l-parteċipazzjoni tiegħek!

iSupport għad-Dimensja

iSupport huwa kors ta’ għajnuna, imfassal mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dan il-programm edukattiv onlajn huwa għal dawk li jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja, u huwa disponibbli mingħajr ħlas. Il-kors għandu 5 taqsimiet u jieħu madwar 7 sigħat biex jitlesta kompletament. Meta tirreġistra fil-kors, tkun tista’ tagħżel li tagħmel it-taqsimiet u l-lezzjonijiet kollha konsekuttivament, jew tagħżel li tagħmel il-lezzjonijiet li huma l-aktar rilevanti għalik. Il-lezzjonijiet kollha jikkonsistu f’qari qasir, eżempji deskrittivi u diversi eżerċizzji. Min ikun qed jagħmel il-kors se jkun qed jirċievi feedback waqt li jkun qed jaħdem l-eżerċizzji. Jinħareġ iċ-ċertifikat meta il-parteċipant ilesti t-taqsimijiet u l-eżerċizzji kollha, flimkien mal-istħarriġ fuq il-kors.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.