aacc.gov.mt

Dħul f’Dar tal-Anzjani

Dħul f’Dar tal-Anzjani jipprovdi servizz ta’ kura residenzjali f’ambjent protett u sigur lil anzjani u persuni b’diżabilità, li ma jistgħux jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fid-dar tagħhom

GENERAL

Ladarba residenti prospettivi jkunu aċċettati biex jidħlu f’dar residenzjali, huma jkunu mistiedna għal żjara ta’ orjentazzjoni qabel ma jidħlu. Hemm ħafna faċilitajiet li jinkludu kamra tal-banju bl-en suite, sistema ta’ sejħa għall-għajnuna f’każ ta’ emerġenza, arja kundizzjonata, telefon f’kull kamra għal telefonati li jidħlu minn barra u għal telefonati interni, u aċċess ta’ Wi-Fi. Hemm ukoll kmamar komunitarji bħal kmamar tal-pranzu, kmamar ta’ rikreazzjoni u kamra bit-TV.

Is-servizzi jinkludu l-provediment ta’ infermiera, u servizzi oħra ta’ kura, kif ukoll il-provediment ta’ Allied Health services. Dawn is-servizzi jinkludu s-servizz ta’ tim ta’ professjonisti mill-Allied Health Professionals u jinkludu servizzi ta’ fiżjoterapija, occupational therapy, speech therapy u podjatrija. Servizzi oħra huma l-psikoterapija, l-konsulenza ġerjatrika u s-servizz ta’ dijetetiku. Dawn is-servizzi speċjali huma disponibbli permezz ta’ riferta mit-tabib jew mill-Maniġment tad-Dar Residenzjali. Dan kollu jiddependi fuq il-bżonnijiet tar-resident. Ir-residenti jkunu provduti b’ikliet kuljum li jinkludu kolazzjon, ikla ta’ wara nofsinhar u pranzu, servizzi ta’ tindif, servizzi ta’ uffiċċju ta’ front desk u servizzi konnessi mal-kura tax-xagħar.

Applikazzjoni għas-Servizzi għall-Anzjani

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
  • Anzjan li jbati bid-dimenzja; jew
  • Anzjan li għandu bżonn kura fit-tul; jew
  • Anzjan li ma jistax jgħix fid-dar tiegħu

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant.
  • Kull ċertifikat/rapport mediku mill-Isptar

Meta applikazzjoni tkun mimlija u eżaminata, din tgħaddi għand it-Tim tal-Assessjar. Komunikazzjoni hemmhekk issir bejn dan it-Tim tal-Assessjar u l-applikant bil-għan li tinstab data u ħin addattat biex isir l-assessjar minn tim multi-dixxiplinarju. Dan it-tim jikkonsisti f’tobba mediċi, infermieri, terapisti u ħaddiema soċjali. F’każ fejn l-applikant ma jistax iħalli d-dar tiegħu minħabba mard jew korriment, lassessjar ikun skedat biex isir fl-istess residenza tal-applikant. L-għan tal-assessjar hu biex jiddetermina l-livell ta’ servizzi meħtieġa mill-applikant, kif ukoll il-livell ta’ prijorità. Matul l-assessjar jingħataw ukoll pariri dwar servizzi neċessarji li huma aċċessibbli fi ħdan il-komunità.

It-tim janalizza dawn l-aspetti:

  • Dettalji dwar il-persuna f’kuntest soċjali u kliniku
  • Diffikultaijiet li joħorġu minn cognitive impairment
  • Livelli ta’ mobbilità u dipendenza
  • Aċċess għal sapport

Permezz ta’ din l-informazzjoni, it-tim multi-dixxiplinarju jirrakkomdanda l-livell xieraq ta’ kura li hi meħtieġa. Dan jiddependi wkoll fuq il-kundizzjoni medika u l-istess livelli ta’ dipendenza. It-tim jirrakkomanda wkoll dwar il-prijorità u l-urġenza tal-każ. It-tim multi-dixxiplinarju jieħu ħsieb jimla wkoll rapport ta’ assessjar rigward kura fit-tul li mbagħad ikun anness flimkien mal-applikazzjoni.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

WARA AMMISSJONI

Meta persuna tidħol f’Dar Residenzjali (kura ta’ livell 1), ħlasijiet u tariffi japplikaw, konformi mal-A.L. 151 tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat.

B’effett mit-3 ta’ Jannar 2004, kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, assistenza soċjali u bonus li jirċievi, nett mid-dħul tat-taxxa, u 60% minn kull dħul ieħor li jkun irċieva matul is-snin kalendarji immedjatament qabel is-sena li fiha l-assessjar minn dak id-dħul ieħor isir għal skop ta’ dawn ir-regolamenti. Dejjem jittieħed nett mid-dħul tat-taxxa.

Kif ukoll, għandu jsir rendikont tal-valur ta’ kwalunkwe proprjetà (eskluż id-dar ta’ residenza) li hi, jew li tista’ tkun, investit jew maħsuba għal skop ta’ profitt, eskluża l-għamara, ġojjellerija u oġġetti oħra ta’ natura personali. Il-valur tal-proprjetà għandu jkun trattat bħala li qed jipprovdi dħul kull sena ekwivalenti għal 5.5% tal-valur kapitali. Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu disposti għar-resident. Ilkontribuzzjoni minn persuna li kienet residenti qabel it-3 ta’ Jannar 2004 m’għandhiex taqbeż €24.46 kuljum, jew li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena għad-dispożizzjoni tar-resident.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament tar-rata tal-benefiċċju.

F’każ ta’ suġġerimenti jew ilmenti ikkuntatjana

Kwalità ta’ Ħajja Aħjar għall-Anzjani li jgħixu fi Djar għall-Anzjani

Il-Karta tad-Drittijiet tenfasizza li r-residenti li jgħixu fi Djar għall-Anzjani għandhom id-dritt għad dinjità, libertà, sigurtà u benesseri fiżiku u mentali, kif ukoll il-libertà tal-għażla u l-awto-determinazzjoni tagħhom

San Vinċenz de Paul

San Vinċenz de Paul hija ibridi bejn dar ta’ kura u sptar għall-anzjani, b’popolazzjoni ta’ aktar minn 1,100 resident. Tingħata attenzjoni speċjali biex jingħata sapport lil attivitajiet fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti kollha, fejn tingħata attenzjoni partikolari għan-nutrizzjoni, mobilità, iġene personali kif ukoll attivitajiet soċjali u spiritwali

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.