Narċis

LogoNarcis
 
X’INHI N-NARĊIS?
 
In-Narċis hija fjura li tissimbolizza bidu ġdid… l-iskop wara dan iċċentru. Narċis se jgħin persuni u l-qraba tagħhom jagħmlu l-pass li jmiss, xi minn daqqiet jista’ jaf ikun diffiċli, li se jeħodhom minn ħajja f’istituzzjoni għal waħda ta’ integrazzjoni fil-komunità. Dan huwa servizz li se jgħin tul dan il-vjaġġ għal ħajja ġdida.

L-GĦAN TA’ NARĊIS
 
L-għan ta’ Narċis huwa li jipprovdi servizzi speċjalizzati f’post modern għal persuni adulti (18 u 59 sena), b’dipendenza għolja bi storja medika kumplessa, u li għandhom bżonn qabża fil-kwalità tal-kura li eventwalment twassalhom għal integrazzjoni fis-soċjetà. L-objettivi huma intenzjonati biex joffru kura ħolistika.
 
Dawn jinkludu:
  • Assistenza personalizzata permezz ta’ ‘care plan’ li jwassal għal integrazzjoni fis-soċjetà;
  • ‘Respite’;
  • ‘Out-patients’ u servizzi ta’ ‘counselling’.
IL-VJAĠĠ
 
Narċis joffri esperjenza unika lir-residenti u ’l qraba tagħhom. Se jgħin jibni xibka ta’ sapport li tkun tista’ tgħinhom fil-komunità. Narċis se joffri esperjenzi ta’ ‘live-in’, fejn il-qraba jistgħu jgħixu marresidenti billi jqattgħu ħin flimkien biex jifhmu aktar lil xulxin u jkunu ppreparati għal dan il-vjaġġ ġdid.
 
KIF WIEĦED JISTA’ JAGĦMEL UŻU MIS-SERVIZZ
 
It-tabib jew professjonist fil-qasam tas-saħħa u kura soċjali jrid jimla Formula jew inkella jagħmel kuntatt mal-professjonisti ta’ Narċis fuq 2291 2255 jew permezz tal-posta elettronika fuq narcis.svp@gov.mt​. Tim multidixxiplinarju fl-oqsma tas-saħħa u kura soċjali jagħmlu evalwazzjoni tal-applikazzjoni. Jekk ikun eliġibbli jsir assessjar, possibilment bi żjajjar fid-djar.

SERVIZZI OFFRUTI MINN DIN IT-TAQSIMA
 
It-tim interdixxiplinarju ta’ professjonisti se jipprovdu ‘care plan’ għar-residenti u l-familja biex jinstabu soluzzjonijiet li jwasslu għallħajja fil-komunità. Dan isir permezz ta’ laqgħat regolari. Is-servizzi jinkludu:
  • Għajnuna għall-integrazzjoni soċjali d-dar jew għajxien b’sapport fi strutturi żgħar tal-Aġenzija Sapport
  • Assistenza medika ta’ infermiera 24/7
  • Fiżjoterapija
  • ‘Occupational therapy’
  • ‘Speech therapy’
  • Servizzi ta’ ‘Social workers’
  • Dentistrija
  • Psikoloġija
ATTIVITAJIET PARTIKOLARI
 
Aspett importanti tal-programm huma l-attivitajiet li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, u jgħinu l-għajxien fil-ħajja ta’ kuljum filkomunità. L-attivitajiet se jevolvu skont ix-xewqat u l-bżonnijiet tar-resident u li jistgħu jinkludu żjajjar ta’ natura soċjali, edukattivi, spiritwali u kulturali, bħal mużewijiet, servizzi edukattivi terzjarji jew vokazzjonali, servizzi ta’ impjieg, ġonna pubbliċi, ħwienet talikel jew postijiet ta’ talb. Żjajjar oħrajn jistgħu jinkludu l-banek jew ħwienet tal-merċa jew ħwejjeġ.

FAĊILITAJIET TA’ ‘LIVE-IN’
 
Narċis għandu numru ta’ karatteristiċi uniċi bi ħsieb li jgħinu flesperjenza lejn ħajja aktar indipendenti. Dawn jinkludu:
  • ‘Gym’ u spazji miftuħin
  • Kamra multisensorjali
  • ‘Indoor pool’
  • Sistema virtwali intelliġenti
  • Kċina terapewtika
  • Bibien awtomatiċi
  • ‘Ceiling hoists’
IL-PROĊESS TA’ INTEGRAZZJONI U L-ĦAJJA WARA NARĊIS
 
Biex jiġi faċilitat il-proċess ta’ integrazzjoni u l-ħajja wara Narċis, il-programm jinkludi numru ta’ għajnuniet biex jissaportjaw lirresidenti fil-komunità. Dawn jinkludu:
  • Sessjonijiet ta’ sapport għall-familji
  • Sessjonijiet fi gruppi
  • ‘Counselling’ għall-familji
  • ‘Case’ u ‘care management’
  • Servizzi ta’ ‘out-patients’
  • Żjajjar fid-djar
  • Servizzi ta’ ‘respite’
SERVIZZI TA’ RESPITE U OUT-PATIENTS
 
Dawn is-servizzi huma primarjament offruti lir-residenti ta’ Narċis, però se jkunu wkoll miftuħin għall-persuni adulti (bejn 18 u 59 sena) li għandhom dipendenzi għolja, storja medika kumplessa u li jgħixu fil-komunità. L-applikazzjoni tista’ tinstab hawn jew billi ċċempel fuq in-numru 2291 2255, segwita minn evalwazzjoni tal-applikazzjoni u assessjar minn tim
multidixxiplinarju.

IS-SERVIZZI FIL-KOMUNITÀ
 
Professjonisti minn Aġenzija Sapport qed jikkollaboraw ma’ oħrajn li jaħdmu Narċis biex ikomplu jagħtu għajnuna lir-residenti filproċess ta’ tranżizzjoni bejn il-ħajja f’istituzzjoni u dik fil-komunità. Se jkunu qed jipprovdu informazzjoni u jiffaċilitaw skemi u benefiċċji li jwasslu għall-integrazzjoni soċjali tal-persuna fil-komunità.
 
Aġenzija Sapport hija l-aġenzija governattiva nazzjonali għall-persuni b’diżabilità. Se tkun qed tiggwida lill-professjonisti u l-istaff li jaħdmu fi ħdan Servizz Narċis biex jipprovdu kwalità ta’ ħajja aħjar għall-individwi li jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom.
 
Aġenzija Sapport se tassisti b’mod ħolistiku lejn ħajja aktar Indipendenti waqt li taħdem ma’ dawk li jużaw is-servizz, il-familji tagħhom, professjonisti u partijiet interessati oħra biex jiżguraw l-integrazzjoni tar-residenti fil-komunità bl-appoġġ soċjali adegwat meħtieġ biex jgħixu ħajja kompluta.