Ċentru ta’ Taħriġ

Dwarna

Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa San Vinċenz de Paul (SVP) ġie liċenzjat mill-NCFHE bħala Istitut tal-Ogħla Edukazzjoni (Numru ta’ Liċenzja: 2015-010) fejn joffri t-taħriġ neċessarju għal kull impjegat u jassigura li l-professjonisti u dawk li jaħdmu mar-residenti tingħatalhom l-aħjar taħriġ b’mod professjonali.

Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP ġie inawgurat f’2015, u mit-twaqqif ta’ dan iċ-ċentru żviluppaw ħafna proġetti oħra ta’ taħriġ sabiex jassiguraw l-aħjar kura lir-residenti kif ukoll tissaħħaħ r-riċerka u l-prattika fil-qasam tal-ġerjatrija mal-professjonisti tagħna.

Dan iċ-ċentru mhux biss inaqqas id-distakk bejn it-teorija u l-prattika imma saħansitra jinkoraġġixxi lit-tim multi-dixxiplinarju jikseb il-ħiliet neċessarji sabiex jiżviluppa kura ħolistika u individwali mar-residenti.

Il-koordinaturi ta’ dan iċ-Ċentru jaraw li jipprovdu l-aħjar prattika ibbażata fuq l-aħħar u l-aħjar riċerka u jkomplu jakkreditaw korsijiet sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-klijenti tagħna.

Kommunikazzjoni kontinwa u sapport mit-timijiet tas-swali hija importanti ħafna għal dan iċ-Ċentru. Dan għaliex studenti minn entitajiet oħra bħal skejjel sekondarji, kulleġġi vokazzjonali u oħrajn  saħansitra minn barra minn Malta jiġu jagħmlu esperjenza ġewwa swali ta’ SVP. Dawn l-istudenti jiġu sorveljati u mgħallma minn professjonisti ġewwa SVP. Permezz tad-dedikazzjoni u l-ħin tagħhom l-istudent imiss ir-realtà tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Fl-aħħar u mhux l-inqas sapport kontinwu min-Nursing Speciality Unit huwa ukoll ta’ importanza u ġid għal dan iċ-Ċentru sabiex inkunu nistgħu norganizzaw korsijiet aktar speċjali u prattika iktar speċifika fil-qasam tal-Ġerjatrija.

IQAP-01 – Polza Interna ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità għaċ-Ċentru ta’ Taħriġ

Miri u Għanijiet taċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP:

  • Intejbu l-prattika klinika bażata fuq ir-riċerka mal-infermiera u l-carers ta’ kull livell ġewwa SVP.
  • Insaħħu l-abbiltajiet, ħiliet, l-għarfien kif ukoll l-attitudni biex nassiguraw kwalità ta’ kura ħolistika mal-anzjani
  • Inkabbru l-għarfien fil-qasam tas-saħħa
  • Innaqqsu id-distakk bejn it-teorija u l-prattika permezz ta’ analiżi ta’ taħriġ mill-infermiera stess.
  • Noffru iktar opportunitajiet ta’ għarfien u taħriġ lill-impjegati u nies fil-komunità sabiex jattendu korsijiet li noffru ġewwa ċ-Ċentru ta’ Taħriġ, SVP.

Korsijiet kontinwi li noffru ġewwa ċ-Ċentru ta’ Taħriġ, SVP lill-impjegati tagħna:

  • Kura u Prattika fid-Dimensja (LAS1102)
  • Award in Moving & Handling (Level 4)
  • Award in Moving & Handling (Level 5)
  • Lezzjonijiet fis-swali
  • Taħriġ obbligatorju lill-infermiera
  • Korsijiet oħra skont l-esiġenza tad-dipartiment

Korsijiet oħra Kontinwi offruti miċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP għall-pubbliku ġenerali: 

Ikkuntattjana 

Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ jiftaħ kuljum u tistgħu c-ċemplu fuq numri 22912473/22912485 jew tibagħtu e-mail fuq training-centre.svp@gov.mt