aacc.gov.mt

Dwarna

L-għan tagħna huwa li ngħinu lin-nies jibqgħu responsabbli minn ħajjithom għall-itwal żmien possibbli waqt li jixjieħu u, fejn possibbli, biex jikkontribwixxu għall-ekonomija u s-soċjetà

Viżjoni

Għall-aħjar benesseri u kwalità ta’ ħajja għall-anzjani

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

Biex ikun sħab mal-anzjani u s-soċjetà permezz ta’ politika u appoġġ ħolistiku orjentat mal-klijent sabiex in-nies anzjani jkomplu jgawdu l-ħajja b’potenzjal massimu tagħhom fl-ambjent individwali tagħhom

Valuri Ewlenin

Soċjetà għal kull età tippermetti lil diversi ġenerazzjoniet jinvestu f’xulxin u jaqsmu l-benefiċċji ta’ dak l-investiment. Hija soċjetà li fiha r-rispett, ugwaljanza, indipendenza, parteċipazzjoni, kura tas-saħħa, sodisfazzjon personali u d-dinjità tal-anzjani tiġi segwita dejjem. Permezz tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva 2023-2030, il-Gvern jikkommetti ruħu li jibdel is-soċjetà f’waħda ta’ kull età u jiżgura li n-nazzjon tagħna jadotta miżuri speċifiċi li jibdlu lil Malta f’pajjiż adattat għal kull età

Soċjetà għal kull età

Waħda li taġġusta l-istrutturi u l-funzjonijiet tagħha, kif ukoll il-politika u l-pjanijiet tagħha, biex jiġu jaqdu l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet ta’ kulħadd, u b’hekk tkun miftuħa għall-potenzjal u għall-benefiċċju ta’ kulħadd

Il-valur tal-Imparzjalità Interġenerazzjonali

Soċjetà tabilħaqq demokratika ssostni l-ħtieġa ta’ rispett ugwali, l-istess opportunitajiet, u livelli komparabbli ta’ għajxien bejn ġenerazzjonijiet differenti

Kisba tas-setgħa

Impenn għal aġġornament tal-politika dwar l-anzjanità biex tirrifletti l-bżonnijiet u x-xewqat tal-popolazzjoni aktar avvanzata fl-età

Tabilħaqq, it-tisħiħ tal-awtonomija u l-indipendenza tal-popolazzjoni ta’ età akbar, u l-garanzija ta’ tranżizzjoni aktar faċli mill-komunità għal ambjent ta’ kura fit-tul, huma fost il-miri ewlenin fuq l-aġenda ta’ din il-politika. L-avvanz fis-snin ta’ ħajja aktar b’saħħitha jtejjeb il-benesseri tal-anzjani, itawwal il-ħajja tax-xogħol waqt li toffri inċentiv għal tkabbir ekonomiku, kif wkoll inaqqas il-pressjoni minn fuq is-sistemi tas-saħħa u l-kura soċjali.

Tittieħed qagħda proattiva fejn tidħol l-anzjanità u mhux sempliċiment tipprovdi servizzi soċjali u servizzi tas-saħħa għall-anzjani, iżda bit-twettiq ta’ politika li ttejjeb ir-rati ta’ inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni

ferm lil hinn mill-età statutorja tal-irtirar.

L-għan ewlieni tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità hu dak li tinbidel is-soċjetà anzjana minn waħda ta’ dipendenza għal anzjanità attiva, sabiex tagħti l-indipendenza u dinjità fl-anzjanità. Kif ukoll tipprovdi servizzi ta’ kura fil-komunità sabiex jgħinu lill-anzjani biex ikomplu b’ħajjithom fl-ambjent li kibru fih. L-għan ewlieni hu wieħed preventiv, fejn jiġu involuti l-gruppi ta’ etajiet differenti fil-proċess ta’ anzjanità attiva tul il-ħajja.

Atti u Politiki Relatati

Żvelar ta’ Informazzjoni Protetta

Protezzjoni tad-Data

Politika dwar iż-Żamma tad-Data

Libertà tal-Informazzjoni

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.