Active Ageing and Community Care (AACC)
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Kap Eżekuttiv, u tliet Diretturi (Direttur Kura tad-Dimensja, Direttur Kura Residenzjali u Direttur Servizzi fil-Komunità). Id-diversi servizzi offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità huma dawn:
Minbarra l-faċilitajiet residenzjali tal-AAKK, il-kura residenzjali fid-djar privati hija offruta wkoll taħt l-iskema ta’ Sħubija Pubblika-Privata
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità toffri għadd ta’ servizzi sabiex tappoġġja lill-anzjani li jibqgħu jgħixu fil-komunità:
Il-formola tal-applikazzjoni għal dawn is-servizzi tista’ tinkiseb minn Ċentru Servizz Anzjan fi 3, Triq Żekka, Il-Belt jew minn 39, Triq ir-Repubblika, Ir-Rabat, Għawdex jew minn kwalunkwe ċentru tas-Servizz.gov. Il-formola tal-applikazzjoni tista’ timtela wkoll online jew titniżżel mill-aacc.gov.mt.
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha l-għan li tipprovdi programmi kreattivi u ta’ kwalità għolja biex jgħinu lill-anzjani kemm fir-residenzi tal-gvern kif ukoll fi djarhom stess. Minħabba l-konvinzjoni li l-anzjani huma aktar kuntenti meta jibqgħu jgħixu fi djarhom stess, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità taħdem sabiex tkompli tinħoloq firxa wiesgħa ta’ servizzi li jistgħu jipprovdu appoġġ lil dawn il-gruppi ta’ klijenti fi djarhom stess skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom. Madanakollu, sabiex tiġi żgurata kontinwità bilanċjata ta’ kura, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità timpenja ruħha wkoll sabiex tipprovdi faċilitajiet ta’ kura residenzjali fit-tul għal dawk l-anzjani li, minkejja l-appoġġ fil-komunità, xorta waħda jsibuha diffiċli biex ilaħħqu fi djarhom stess. Dan l-aspett ta’ kura jingħata minn sitt Djar Residenzjali Governattivi li jipprovdu kura residenzjali lil persuni li għandhom diversi gradi ta’ dipendenza. Kemm is-servizzi fil-komunità kif ukoll dawk residenzjali ffjorixxew b’rata mgħaġġla matul dawn l-aħħar ftit snin. In-numru dejjem jikber u l-proporzjon ta’ ċittadini anzjani u persuni b’diżabilitajiet flimkien mal-isforzi attivi tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-persuni, jeħtieġu monitoraġġ kontinwu u mmaniġġjar effettiv tar-riżorsi.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali kemm jekk tinżamm elettronikament kif ukoll jekk tinżamm f’forma manwali. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tikkonforma bis-sħiħ ma’ din il-leġiżlazzjoni u d-data kollha miġbura tiġi aċċessata u tintrema kif meħtieġ. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ma għandha tiżvela l-ebda informazzjoni personali mingħajr il-permess tal-persuna kkonċernata u fil-parametri legali kif stipulat fl-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
Għal kwalunkwe informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-data jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fuq [email protected]
Individwi li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, liema dikjarazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilhom jintbagħtu talbiet għal dan l-aċċess. Dawn it-talbiet għandhom jintbagħtu fuq: [email protected]
Applikanti li t-talba tagħhom għal informazzjoni tiġi miċħuda, jew li b’xi mod ieħor ma jkunux sodisfatti bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha, jew kwalunkwe rimedju li jkun qed jiġi offrut, jistgħu jindirizzaw ilment lill-Ministeru. L-ilment għandu jiġi indirizzat lill-Uffiċjal prinċipali tal-libertà tal-informazzjoni tal-Ministeru, li għandu jressaq l-ilment għall-attenzjoni tal-uffiċjal responsabbli (jiġifieri l-uffiċjal l-aktar anzjan fi ħdan il-Ministeru). L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant fi żmien għaxart (10) ijiem xogħol minn meta jirċievi l-ilment. L-applikanti għandhom ikunu infurmati wkoll li jistgħu jappellaw id-deċiżjoni jew b’xi mod ieħor jindirizzaw ilment lill-Kummissarju għall-informazzjoni u l-protezzjoni tad-data skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta). L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tagħhom, u fil-każ ta’ konferma ta’ deċiżjoni li ma tiġix rilaxxata l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan. Kull meta l-ilment tal-applikanti jkun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew ma’ estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tintlaħaqx jew le, l-applikanti għandhom jingħataw spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-ilment tagħom ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv. Applikanti jistgħu wkoll jagħmlu użu mill-proċedura interna għall-ilmenti biex jirrapportaw li ma ntlaħqux l-iskadenzi jew biex jibagħtu n-notifiki.
Għal Kwalunkwe talba u aċċess għall-formoli tal-ilmenti, jekk jogħġbok segwi din il-ħolqa: Freedom of Information – anzjanità attiva (gov.mt) u www.foi.gov.mt.
Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità,
FXB Building,
Triq l-Imdina,
Ħal Qormi
Tel: 22788900