aacc.gov.mt

Servizzi Oħra fil-Komunità

Il-missjoni tagħna hi li nipprovdu kura fil-komunità u s-servizzi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-pubbliku. Sabiex tkun taf jekk inti, jew membru tal-familja, jista’ jkun eliġibbli għal xi wieħed mis-servizzi u kura fil-komunità, jekk jogħġbok ara l-informazzjoni fuq din il-paġna. L-informazzjoni pprovduta hija relatata mal-kura fil-komunità u s-servizzi amministrati minn Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità

Ċentri għall-Anzjanità Attiva

Dawn iċ-ċentri joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja

Skema Carer at Home

Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum

Servizz ta' Kontinenza

Is-Servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza

Servizz ta' Handyman

Dan is-servizz hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza

Għajnuna fid-Dar (Home Help)

Dan is-servizz jagħti sapport lill-benefiċjarji sabiex ikomplu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità tagħhom. Is-servizz jara wkoll li jipprovdi appoġġ lill-persuni oħra li jkunu qed joffru kura jew assistenza b’mod informali

Meals on Wheels

L-għan tas-servizz Meals on Wheels huwa li jagħti sapport lil anzjani u persuni oħra li qed jgħixu fid-dar tagħhom imma ma jistgħux jippreparaw ikla. Ikla waħda kuljum, li tkun imwassla kiesħa. Dan sabiex l-ikel ikun ikkunsmat fil-ħin li jixtieq il-klijent

Night Shelter

L-għan tas-servizz tan-Night Shelter hu li joffri kenn għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew li għal raġunijiet diversi, iħossuhom insikuri f’darhom. Hawn numru ta’ night shelters kemm f’Malta u kemm f’Għawdex

Silver T Service

Is-servizz ta’ Silver T jikkonsisti fi transport lokali lil persuni anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu il-qadi tagħhom fil-komunità, mingħajr ma joqgħodu jiddependu fuq il-familjari u l-ħbieb tagħhom

Telecare

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta assistenza tkun meħtieġa fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkuraġixxi lill-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità

Telecare on the Move

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta tkun meħtieġa assistenza fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkoraġġixxi lill-anzjani li jbatu biddimenzja jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità

Telephone Rent Rebate

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jingħatha skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown tar-residenza talapplikant, liema kont jiġi riċevut kull xahrejn. Dan is-servizz huwa għall-anzjani li għandhom is-servizz ta’ telefonija mal-kumpanija GO plc

Din l-informazzjoni hi ntiża sabiex isservi bħala gwida ġenerali biss u m’għandhiex tiġi ttrattata bħala dikjarazzjoni kompluta u awtorevoli tal-liġi. Sar kull sforz sabiex jiġi żgurat illi l-informazzjoni hija korretta fid-data murija. L-informazzjoni hija ppreżentata f’lingwaġġ ta’ ġeneru inklużiv. Madanakollu, kull referenza għal ġeneru partokolari hija użata fejn, jew jinħass li hija l-aktar xierqa

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.