aacc.gov.mt

X’inhi Anzjanità Attiva?

Anzjanità Attiva tirreferi għal dik is-sitwazzjoni fejn persuni jibgħu jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll billi jinvolvu ruħhom f’attivitajiet produttivi oħra bla ħlas (bħal ma hija għajnuna fil-kura ta’ membri tal-familja u volontorjat), kif ukoll jgħixu stil ta’ ħajja sana, independenti u f’sigurtà hekk kif jikbu l-età

Il-Politika Strateġika Għal Anzjanità Attiva: Malta 2014-2020 tistrieħ fuq tliet temi ewlenin: parteċipazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol, parteċipazzjoni fis-soċjetà, u għajxien indipendenti. Anzjanità atttiva tirreferi għal sitwazzjoni fejn persuni ta’ età akbar ikomplu jkollhom l-opportunità jieħdu sehem formalment fis-suq tax-xogħol, kif ukoll li jieħdu sehem bla ħlas f’attivitajiet produttivi li jkunu jvarjaw minn provvista ta’ kura lil membri tal-familja għall-volontarjat, waqt li jibqgħu jgħixu ħajja f’saħħithom u indipendenti matul l-anzjanità.

Il-politika tal-anzjanità attiva għandha l-għan li żżid in-numru ta’ ħaddiema ta’ età akbar fis-suq tax-xogħol, waqt li tagħti ċ-ċans lil persuni li jkunu qabżu l-età tal-irtirar biex jibqgħu fl-impjieg jew isibu ieħor. Dawn l-oġġettivi huma meħtieġa biex is-soċjetà tal-lum u tal-ġejjieni tkun tista’ tilqa’ għat-tnaqqis fil-popolazzjoni ta’ nies fl-età tax-xogħol, u l-impatt li dan ikollu fuq il-proporzjon ta’ dipendenza u l-provista ta’ ħiliet, u għalhekk tagħmel inqas possibbli l-potenzjal ta’ faqar fil-ġejjieni fost nies ta’ età akbar, waqt li fl-istess ħin issaħħaħ il-potenzjal ta’ ħaddiema anzjani biex jagħtu s-sehem tagħhom fit-tkabbir ekonomiku fil-futur. Il-Politika Strateġika Nazzjonali Għal Anzjanità Attiva tressaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jkunu msaħħa l-livelli ta’ ħaddiema akbar fl-età: jissokta t-taħriġ vokazzjonali għal adulti ta’ età akbar; titjib dwar saħħa fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fit-teknika tat-trattament tal-età, u fis-servizzi ta’ impjieg; miżuri kostruttivi kontra d-diskriminazzjoni minħabba età; l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ taxxi u benefiċċji; l-inkoraġġiment għal skemi ta’ tagħlim fi ħdan organizzazzjonijiet relatati max-xogħol; u tisħiħ tal-miżuri disponibbli għat-twassil ta’ rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-kura informali.

L-idea ta’ “parteċipazzjoni soċjali” hija t-tema dominanti fid-dikjarazzjonijiet tal-Politika dwar anzjanità attiva. Il-kunċett ta’ anzjanità attiva jaspira għall-parteċipazzjoni attiva ta’ persuna akbar fl-età f’attivitajiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u ċiviċi. Iżda aspirazzjonijiet individwali waħedhom ma humiex biżżejjed biex isostnu stili ta’ għajxien parteċipattiv. Id-determinazzjoni ta’ adulti ta’ età akbar sabiex jiksbu l-ogħla livelli ta’ mpenn soċjali dejjem se ssib reżistenza minn barrieri strutturali, diffikultaiet li jistgħu jispiċċaw f’esperjenzi mhux mixtieqa ta’ esklużjoni materjali u soċjali. Il-Politika Strateġika Nazzjonali Għal Anzjanità Attiva toffri dawn ir-rakkomandazzjonijiet għal inklużjoni soċjali iżjed tard fil-ħajja: l-assigurazzjoni ta’ dħul sigur, adekwat u sostennibbli għall-persuni kollha ta’ età akbar; il-provista ta’ riżorsi finanzjarji u soċjali lil persuni kbar vulnerabbli; ir-rikonoxximent tal-benefiċċji li joħorġu mill-volontarjat ta’ nies akbar fl-età u n-nanniet; it-tisħiħ ta’ opportunitajiet għal tagħlim, għarfien diġitali, ċittadinanza attiva, u solidarjetà interġenerazzjonali iżjed tard filħajja; u l-provista ta’ appoġġ għal kura informali minn persuni ta’ età akbar.

Biex il-perċezzjoni tas-soċjetà dwar l-anzjanità tista’ tinbidel minn waħda ta’ dipendenza għal anzjanità attiva hija meħtiega riforma drastika li taħseb għal indipendenza u dinjità fl-anzjanità. Is-soċjetà tagħna ma tistax tibqa’ kuntenta sempliċiment biż-żieda fenominali flaspettattiva għal għomor itwal, iżda trid tistinka biex ittawwal il-perjodu ta’ snin f’saħħitna u mbagħad toħloq l-opportunitajiet xierqa ta’ attivitajiet fiżiċi u mentali adattati għal persuni ta’ età akbar. It-tisħiħ tal-miżuri għal aktar għarfien dwar is-saħħa, kura u ħarsien, jgħin lil persuni ta’ età akbar biex jaċċertaw il-funjonijiet fiżiċi u mentali tagħhom għal għajxien indipendenti. Il-Politika Strateġika Nazzjonali Għal Anzjanità Attiva toffri dawn irrakkomandazzjonijiet għal titjib fl-għajxien indipendenti iżjed tard fil-ħajja: titjib tas-servizzi tas-saħħa fejn jidħlu prevenzjoni u promozzjoni, riablitazzjoni ġerjatrika, saħħa mentali u benessere, u servizzi ta’ kura fil-komunità lil nies kbar fl-età u adulti; appoġġ għal inizjattivi li jgħinu fil-ħolqien ta’ komunitajiet u servizzi ta’ wens għall-età u d-dimensja; tisħiħ talawtonomija tal-kura fit-tul; li jkunu magħrufa l-abbuż u l-abbandun ta’ persuni akbar fl-età’; u aktar investiment fil-kura qrib tmiem il-ħajja.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.