Servizzi għall-anzjani pprovduti minn entitajiet oħra
Inizjattiva favur l-anzjani biex jiġi pprovdut spazju onlajn ċentralizzat minn fejn jista’ jkun hemm aċċess għal servizzi oħra għall-anzjani, li huma pprovduti, appoġġati u ġestiti minn entitajiet oħra
Kura tad-Dimensja fid-Dar
Kors maħsub għal dawk il persuni li joffru kura lil membri tal-familja, qraba u ħbieb bid-dimensja. Dan is-servizz huwa pprovdut minn San Vinċenz De Paul faċilità ta’ kura fit-tul Tel: 22912485 / 2473.
Bord dwar il-Kustodja
Informazzjoni dwar materji li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri relatati mal-ħatra ta’ Gwardjani, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-Gwardjani. Dan is-servizz huwa pprovdut mil-Uffiċċju tal-Bord dwar il-Kustodja fi ħdan il-Ministeru għall-inklużjoni u l-Volontarjat Tel: 225903154/51/52
Din l-informazzjoni hi ntiża sabiex isservi bħala gwida ġenerali biss u m’għandiex tiġi ttrattata bħala dikjarazzjoni kompluta u awtorevoli tal-liġi. Sar kull sforz sabiex jiġi żgurat illi l-informazzjoni hija korretta fid-data murija. L-informazzjoni hija ppreżentata f’lingwaġġ ta’ ġeneru inklużiv. Madanakollu, kull referenza għal ġeneru partokolari hija użata fejn, jew jinħass li hija l-aktar xierqa.
Is-servizzi offruti f’dan l-ispazju huma kompletament ir-responsabbiltà tal-entità rispettiva. Kwalunkwe mistoqsija u/jew kwistjoni għandha tiġi ttrattata direttament mal-entità li toffri s-servizz. L-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità mhumiex responsabbli għas-servizz ipprovdut f’din il-paġna.