Is-Servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan/a j/tista’ jkollu/ha minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bażi parzjali jew sħiħ.
X’SE TINGĦATA
Skema A: Intitolament għall-provvista ta’ prodotti kompletament issussidjati, irreferi għal-lista indikata hawn taħt (skont ir-riċetta tat-tabib tal-pazjent u assessjar mill-Continence Nurse).
Skema B: Intitolament għall-provvista ta’ prodotti parzjalment issussidjati (skont ir-riċetta tat-tabib tal-applikant/a u assessjar mill-Continence Nurses).
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Skema A: F’pussess tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità valida maħruġa mill-Aġenzija Sapport u li jsofru minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikanti. L-età tal-applikanti taħt din l-iskema trid tkun minn sentejn ‘l fuq.
Skema B: Anzjani li għandhom minn sittin (60) sena `l fuq u li jsofru minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja
Il-prodotti għandhom jinġabru fil-ġranet u l-ħinijiet indikati. Infakkrukom li l-persuni li jmorru jiġbru l-prodotti għandhom jieħdu magħhom il-Karta tal-Identità tal-benefiċjarju u l-Kartuna tal-Intitolament.
Ċentri ta’ distribuzzjoni ta’ Prodotti ta’ Kontinenza
Drugsales Limited Triq Idward Park Nazzjonali Ta’ Qali Ħ’Attard, ATD 4000
Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10:00am u l-4:00pm Is-Sibt bejn l-10:00 u n-12:30pm
Drugsales Limited 48, Triq Mons. Dandria, L-Imsida
Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10:00am u l-4:00pm
F’każ ta’ diffikultà jew mistoqsijiet, jista’ jsir kuntatt permezz tat-telefown jew email fuq:
Drugsales Limited Numru tat-telefown: 21419045 Email: [email protected]
Ċentru Servizz Anzjan Numru tat-telefown: 22788801 jew 22788809 Email: [email protected]
F’każ li l-applikant għandu bżonn ibiddel jew iżid xi prodotti, it-tabib personali tiegħek għandu jimla’ l-formola ta’ riferiment. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-formola ta’ riferiment.