ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ
Din l-informazzjoni hi ntiża sabiex isservi bħala gwida ġenerali biss u m’għandhiex tiġi ttrattata bħala dikjarazzjoni kompluta u awtorevoli tal-liġi. Sar kull sforz sabiex jiġi żgurat illi l-informazzjoni hija korretta fid-data murija. L-informazzjoni hija ppreżentata f’lingwaġġ ta’ ġeneru inklużiv. Madanakollu, kull referenza għal ġeneru partokolari hija użata fejn, jew jinħass li hija l-aktar xierqa
Is-servizzi offruti f’dan l-ispazju huma kompletament ir-responsabbiltà tal-entità rispettiva. Kwalunkwe mistoqsija u/jew kwistjoni għandha tiġi ttrattata direttament mal-entità li toffri s-servizz. L-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità mhumiex responsabbli għas-servizz ipprovdut f’din il-paġna.
IL-PROTEZZJONI U L-BENESSERI TAL-ANZJANI F’AMBJENTI TA’ KURA
Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) tirregola s-servizzi ġerjatriċi biex tassigura l-benesseri u d-drittijiet tal-persuni anzjani, tippromwovi kura ta’ kwalità, u ambjent ta’ appoġġ.
LINJA TA’ SAPPORT 179
Is-Supportline 179 hija l-linja telefonika nazzjonali li toffri appoġġ, informazzjoni dwar servizzi soċjali lokali u aġenziji oħra, u servizz ta’ riferiment lil min iċempel u jeħtieġ aktar sostenn. Is-Supportline joffri wkoll servizz lil persuni li huma għaddejjin minn żminijiet ta’ diffikultà jew ta’ kriżi.
Dan is-servizz huwa
OPPORTUNITAJIET TA’ VOLONTARJAT GĦALL-ANZJANI
Għal opportunitajiet ta’ volontarjat, wieħed jista’ jżur dawn il-pjattaformi:
IPPJANAR FINANZJARJU U BUDGETING
GĦARFIEN DWAR IL-FRODI U L-ISCAMS
Għall-aktar informazzjoni dwar:
Informazzjoni / Applikazzjonijiet Dwar Pensjonijiet
TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA
Permezz ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, individwi jiksbu l-għarfien, ħiliet u kompetenzi meħtieġa għal ċittadinanza attiva u sodisfazzjon personali. Tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu appoġġjati adulti f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u dawk bi kwalifiki baxxi, sabiex ikunu jistgħu jsaħħu l-ħiliet tagħhom, jespandu l-opportunitajiet tagħhom, u jtejbu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà.
Lista ta’ Numri tat-telefown importanti