Telecare on the Move
L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta tkun meħtieġa assistenza fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkoraġġixxi lill-anzjani li jbatu biddimenzja jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità.
X’SE TINGĦATA
L-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità se tagħti apparat b’xejn li se jkun jaqbad ma’ call centre 24 siegħa kuljum u se jkun jista’ jopera meta persuna tkun barra mid-dar ukoll. Dan l-apparat se jipprovdi assistenza lill-anzjani bid-dimenzja permezz ta’ diversi funzjonijiet li għandu, bħal:
Dan l-apparat huwa speċjalment importanti għal persuni bid-dimensja li jgħixu fil-komunità. Nies bid-dimensja jista’ jkollhom diffikultajiet biex jorjentaw ruħhom fil-post u dan jista’ potenzjalment iwassal għal sitwazzjonijiet fejn persuna tista’ tintilef. Sitwazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta’ stress kbir għallpersuna bid-dimensja u l-membri tal-familja tagħhom. Permezz ta’ apparat bħal dan l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed jgħinu lill-familji li qed jgħixu bid-dimensja biex jgħixu ħajja aktar trankwilla, sikura u b’aktar indipendenza.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
Dan is-servizz hu bi ħlas:
Skema A: Dawk li huma fil-pussess tal-Karta r-Roza valida maħruga mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u anzjani li għandhom `il fuq minn 80 sena ser jibbenefikaw minn servizz u apparat b’xejn wara li jsir assessjar mid-Dementia Intervention Team.
Skema B: Dawk li m’humiex fil-pussess tal-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ser jibbenefikaw minn apparat b’xejn iżda jridu jħallsu €4.99 (VAT eskluża) kull xahar għas-servizz, u dan wara li jsir assessjar mid-Dementia Intervention Team. Dan il-ħlas irid isir minn 3 xhur bil-quddiem.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja