aacc.gov.mt

Ċentri għall-Anzjanità Attiva

Dawn iċ-ċentri joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja. Huma post fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu ma’ nies tamparhom u jieħdu gost flimkien. Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet fosthom ħruġ, taħdidiet edukattivi, logħob varju, programm ta’ tagħlim tul il-ħajja u numru ta’ sessjonijiet oħra. Iċ-ċentri mhumiex biss post fejn wieħed imur iqatta’ siegħa żmien imma wkoll fejn wieħed jista’ jitgħallem u jaqsam l-abbilitajiet tiegħu mal-oħrajn.

X’SE TINGĦATA

L-opportunità li tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u/jew ħbieb f’atmosfera familjari fejn persuna tkun komda u tista’ tieħu sehem f’attivitajiet ta’ natura kreattiva, soċjali, fiżika jew edukattiva

Taħditiet edukattivi dwar temi diversi, kif ukoll varjetà ta’ sessjonijiet li jinkludu eżerċizzji fiżiċi, żfin, snajja’, tagħlim dwar l-ewwel għajnuna, informazzjoni dwar l-Informatika u attivitajiet interġenerazzjonali fejn kemm l-istudenti kif ukoll l-istess anzjani jkunu mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bejniethom

Opportunità wkoll li tipparteċiepa f’attivitajiet fuq barra, inkluż mixjiet u ħarġiet kulturali

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuni li għandhom 60 sena `l fuq. Iċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva mhumiex addattati għal persuni li għandhom livell għoli ta’ dipendenza
  • Applikazzjonijiet minn persuni oħra jiġu kkunsidrati fuq bażi individwali

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Applikazzjoni mimlija inkluż rapport mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

MISTOQSIJIET KOMUNI

Kemm -il darba nista' nattendi ċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva?

Dan jiddependi miċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva li int tkun qed tattendi

Dan jiddependi miċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva li int tkun qed tattendi. L-aħjar
tikkuntattja liċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva li int tixtieq tattendi.

Kull Ċentru għall-Anzjanità Attiva joffri programm ta’ attivitajiet li jinkludi taħditiet, krafts, ħruġ, varjetà ta’ logħob u sessjonijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja fost l-oħrajn

Is-servizz hu bi ħlas u dan isir darba fix-xahar:

Kull persuna:
Darba f’ġimgħa €2.33
Darbtejn f’ġimgħa €3.49
3 darbiet fil-ġimgħa €4.66
4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa €5.82

Kull koppja:
Darba f’ġimgħa €3.50
Darbtejn f’ġimgħa €5.82
3 darbiet fil-ġimgħa €8.16
4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa €10.48

Kull persuna (jekk tgħix f’Dar tal-Anzjani):
Darba f’ġimgħa €1.17
Darbtejn f’ġimgħa €2.33
3 darbiet fil-ġimgħa €3.50
4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa €4.66

Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità waqqaf ukoll Ċentri għall-Anzjanità Attiva b’kunċett totalment ġdid. Dawn iċ-Ċentri huma miżmuma b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra, u jiffokaw primarjament fuq tagħlim tul il-ħajja. Sabiex tapplika biex tattendi f’wieħed minn dawn iċ-ċentri trid tikkuntattja l-entità rispettiva.

*Il-ħin ivarja u jiddependi mis-sessjonijiet li jkun hemm f’dik il-ġurnata.

Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.