Is-servizz tas-Silver T jikkonsisti fi transport lokali lil persuni anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom fil-komunità, mingħajr ma joqogħdu jiddependu fuq il-familjari u l-ħbieb tagħhom.
X’SE TINGĦATA
Is-servizz jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7:00 ta’ filgħodu sas-4:30 ta’ waranofsinhar u s-Sibt mis- mis-7:30 ta’ filgħodu san-12.30 ta’ waranofsinhar. Dan is-servizz jipprovdi faċilità ta’ trasport lil dawk il-persuni anzjani li jixtiequ jmorru l-bank, is-suq lokali, il-klinika, il-Kunsill Lokali, postijiet ta’ qima u diversi postijiet oħra. Dan is-servizz hu bla ħlas.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Anzjan li għandu 60 sena `l fuq.
KIF TAPPLIKA
Persuna tista’ tibbukkja appuntament tlett (3) ijiem qabel billi ċċempel fuq in-numru 22788900 (kemm għal Malta u anke għal Għawdex). Il-ħinijiet taċ-Ċentru tat-Telefonati huma l-istess bħall-ħin li fih jaħdem dan is-servizz, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:00 ta’ fil-għodu sas-4:30 ta’ wara nofsinhar u s-Sibt mis-7:30 ta’ fil-għodu san-12.30 ta’ wara nofsinhar.
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja