aacc.gov.mt

Servizz ta’ Handyman

Is-servizz ta’ Handyman hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza ta’ l-applikant. Dawn jinkludu s-servizz ta’ mastrudaxxa; bajjad; plamer; elettriċista; installazzjoni ta’ poġġamani u ġarr ta’ affarijiet minn kamra għall-oħra.

X’SE TINGĦATA

Numru ta’ servizzi ta’ manutenzjoni fid-residenza tiegħek (ara l-lista akta `l isfel)

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq; jew
  • Persuni li għandhom il-karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Aġenzija Sapport jew;
  • Persuni li huma f’pussess ta’ dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Karta tal-Identità Speċjali, jekk applikabbli
  • Dokument validu tal-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jekk applikabbli

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn

Dan is-servizz jingħata mingħajr ħlas lill-persuni li huma ntitulati għall-Għajnuna Medika bla Ħlas (Karta r-Roża) jew il-Karta tal-Identità Speċjali. Dawk l-anzjani li m’għandhomx dawn id-dokumenti huma intitolati li jirċievu dan is-servizz b’tariffa nominali. Rati jvarjaw skont ix-xogħol meħtieġ u huma ddettaljati skont it-tabelli li ġejjin. Meta x-xogħol ikun lest, il-klijent irid iħallas lill-handyman li jkun għamel ix-xogħol. Dan tal-aħħar joħroġ irċevuta temporanja waqt li rċevuta uffiċjali tigi sussegwentement maħruġa mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Persuni li huma eliġibbli jridu jipprovdu għall-materjal meħtieġ minn flushom.

HANDYMAN SERVICE – DESKRIZZJONI TA’ XOGĦLIJIET U RATI TA’ ĦLAS

Mastrudaxxa

Bajjad

Plamer

Elettriċista

Poġġamani

Ġarr ta` Oġġetti

Proġett pilota li jipprovdi sigurta’ għad-djar privati tal-anzjani

Installazzjoni b’xejn ta’ ktajjen tal-bibien (ganġetti) u peeping holes lil anzjani li għandhom karta roża jew Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Aġenzija Sapport.

Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.