Għajnuna fid-Dar (Home Help)
L-għan tas-servizz Għajnuna fid-Dar huwa li jagħti sapport lill-benefiċjarji sabiex ikomplu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fil-komunità tagħhom. Is-servizz jara wkoll li jipprovdi appoġġ lill-persuni oħra li jkunu qed joffru kura jew assistenza b’mod informali. It also aims to provide support for informal carers.
X’SE TINGĦATA
Is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar joffri assistenza lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilita sabiex jagħmlu x-xogħol domestiku ta’ kuljum u xiri. Ladarba l-applikazzjoni tiġi approvata, superviżur mill-Home Help jagħmel kuntatt mal-applikanti biex jirranġa żjara fid-dar. Matul din iż-żjara, is-superviżur jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dan is-servizz.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Applikazzjonijiet validi jiġu kkunsidrati mill-Kumitat tal-Għajnuna fid-Dar fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK). Jekk approvati, numru ta’ sigħat ta’ servizz fil-ġimgħa jiġu allokati. Kull applikant huwa suġġett għall-assessjar minn professjonisti tal-kura tas-saħħa sabiex ikun żgurat li s-servizz jingħata skont il-bżonn.
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
ASPETT FINANZJARJU
Dan is-servizz hu bi ħlas ta’ kontribuzzjoni fissa fil-ġimgħa:
Klijenti li huma eliġibli għas-servizz jistgħu jagħżlu li jqabbdu Helper tal-għażla tagħhom u jingħataw sussidju ta’ €8.00 għal kull siegħa approvata mill-Kumitattal-Għajnuna fid-Dar.
Jekk jogħġbok, agħfas hawn għal-linji gwida għal deskrizzjoni aktar dettaljata dwar x’jikkonsisti s-servizz Għajnuna fid-Dar.
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja