aacc.gov.mt

ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ

Din l-informazzjoni hi ntiża sabiex isservi bħala gwida ġenerali biss u m’għandhiex tiġi ttrattata bħala dikjarazzjoni kompluta u awtorevoli tal-liġi. Sar kull sforz sabiex jiġi żgurat illi l-informazzjoni hija korretta fid-data murija. L-informazzjoni hija ppreżentata f’lingwaġġ ta’ ġeneru inklużiv. Madanakollu, kull referenza għal ġeneru partokolari hija użata fejn, jew jinħass li hija l-aktar xierqa

Is-servizzi offruti f’dan l-ispazju huma kompletament ir-responsabbiltà tal-entità rispettiva. Kwalunkwe mistoqsija u/jew kwistjoni għandha tiġi ttrattata direttament mal-entità li toffri s-servizz. L-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità mhumiex responsabbli għas-servizz ipprovdut f’din il-paġna.

IL-PROTEZZJONI U L-BENESSERI TAL-ANZJANI F’AMBJENTI TA’ KURA

Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) tirregola s-servizzi ġerjatriċi biex tassigura l-benesseri u d-drittijiet tal-persuni anzjani, tippromwovi kura ta’ kwalità, u ambjent ta’ appoġġ.

LINJA TA’ SAPPORT 179

Is-Supportline 179 hija l-linja telefonika nazzjonali li toffri appoġġ, informazzjoni dwar servizzi soċjali lokali u aġenziji oħra, u servizz ta’ riferiment lil min iċempel u jeħtieġ aktar sostenn. Is-Supportline joffri wkoll servizz lil persuni li huma għaddejjin minn żminijiet ta’ diffikultà jew ta’ kriżi.

Dan is-servizz huwa

  • Disponibbli 24/7
  • B’xejn minn linja fissa u mobile
  • Linja nazzjonali ta’ appoġġ u għajnuna għal riferimenti
  • Jista’ jsir kuntatt rigward abbuż, negliġenza, sitwazzjonijiet ta’ kriżi, vjolenza domestika u tħassib dwar is-salvagwardja li jinvolvi persuni anzjani.

OPPORTUNITAJIET TA’ VOLONTARJAT GĦALL-ANZJANI

Għal opportunitajiet ta’ volontarjat, wieħed jista’ jżur dawn il-pjattaformi:

Kunsill Malti għas-Settur Volontarju

Direttorju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji

GĦARFIEN DWAR IL-FRODI U L-ISCAMS

 Għall-aktar informazzjoni dwar:

  • scams bit-telefon
  • frodi online
  • tentattivi ta’ phishing
  • sfruttament finanzjarju
  • koerċizzjoni minn dawk li jieħdu ħsieb ħaddieħor/qraba
  • attività bankarja suspettuża
  • abbuż marbut mad-dipendenza jew l-iżolament

TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA

Permezz ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, individwi jiksbu l-għarfien, ħiliet u kompetenzi meħtieġa għal ċittadinanza attiva u sodisfazzjon personali. Tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu appoġġjati adulti f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u dawk bi kwalifiki baxxi, sabiex ikunu jistgħu jsaħħu l-ħiliet tagħhom, jespandu l-opportunitajiet tagħhom, u jtejbu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà.

Lista ta’ Numri tat-telefown importanti

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.