aacc.gov.mt

Bank ġenetiku nazzjonali għal Malta

Malta għandha l-ewwel Bank Ġenetiku Nazzjonali, li qed iservi bħala repożitorju nazzjonali għad-diversità ġenetika tal-pjanti. Il-bank ġenetiku nazzjonali qed iservi biex jikkonserva u jiffaċilita l-aċċess għad-diversità ġenetika ta’ varjetajiet ta’ pjanti lokali, razez lokali, varjetajiet antiki, għelejjel slavaġ relatati u pjanti oħra slavaġ għall-użu f’attivitajiet ta’ agrikoltura, riċerka u konservazzjoni.

Il-faċilità se taħżen żrieragħ, kif ukoll tessut ta’ pjanti għal ħżin in vitro u krijopreżervazzjoni u tikkomplementa l-infrastruttura eżistenti fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti bħala l-Awtorità Kompetenti għar-Riżorsi Ġenetiċi għall-produzzjoni u l-ħżin ta’ żrieragħ artifiċjali. Il-bank ġenetiku se jkollu r-rwol li jiġġenera u janalizza d-diversità ġenetika għall-ġermoplażma maħżuna fil-kmamar tagħha, u għalhekk jimla lakuni kbar fl-għarfien tal-wirt ġenetiku nazzjonali tal-pjanti.

Id-disponibbiltà tal-ġermoplażma u bażi tad-data ġenetika se tikkontrobixxi għall-isforzi li jkunu qegħdin jitwettqu madwar id-dinja biex jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel kif ukoll l-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda li huma reżiljenti għal problemi komuni bħal nixfiet, salinità għolja fil-ħamrija, bdil fil-klima, tifqigħat ta’ mard, u effiċjenza nutrizzjonali, fost oħrajn.

Ara dan il-filmat, għal aktar informazzjoni dwar dan il-proġett.

gene bank
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.