aacc.gov.mt

Dikjarazzjoni ta’ Missjoni

Il-viżjoni korporattiva tagħna hija li nkunu ċentru ta’ eċċellenza fil-kura ffukata fuq il-klijent permezz ta’ prattiki ta’ innovazzjoni u kura ġerjatrika speċjalizzata għal persuni li huma dipendenti ħafna u għandhom bżonnijiet kumplessi.

Taħriġ Kontinwu ġewwa SVP

Il-popolazzjoni Maltija qed tgħix iktar fit-tul. Dan qed iwassal għal soċjetà iktar b’saħħitha. Hekk kif in-numru tal-anzjani qed jikber, u huma qed jgħixu iktar fit-tul, dan qed iwassal għal domanda ikbar ta’ sodod, bżonn ikbar ta’ swali li huma dementia friendly kif ukoll numru ikbar ta’ ħaddiema f’dan il-qasam. It–Training Centre ġewwa San Vinċenz de Paul, mhux biss qed jagħlaq id-distakk bejn it-teorija u l-prattika iżda qed jinkoraġġixxi t-tim multi-dixxiplinari biex ikollu l-ħiliet u attitudni meħtieġa sabiex il-klijent ikollu kura iktar ħolistika u individwali. L-għan prinċipali ta’ dan il-kors hu sabiex intejbu l-kwalità ta’ ħajja fost l-anzjani tagħna. Agħfas hawn biex tapplika.

Fil-Faċilita’ għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul tnieda proġett permezz tal-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġonali ERDF 04.069, fejn ġew installati sistemi effiċjenti tal-enerġija u li jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ arja kkundizzjonata, ventilazzjoni, mezzi tad-dawl u tisħin. Dan il-proġett ġie jiswa 3.3 miljun Ewro.

Is-sistemi kurrenti ta’ arja kkundizzjonata f’San Vinċenz, apparti dawk fis-swali li għadhom kif ġew rinovati, kienu qdiemu u għalhekk permezz ta’ studji nħass il-bżonn li dawn is-servizzi jiġu aġġornati. L-għan tal-proġett għalhekk hu li jintroduċi tagħmir smart u effiċjenti fl-enerġija f’21 sala. Il-blokki ta’ Padre Pio, Serenity, Madre Teresa, is-swali kollha St. Frances u St. Joseph ibbenifikaw minn dan il-proġett. Ix-xogħol irrikjeda wkoll l-installazjoni ta’ suffitti moderni, b’akustika aħjar u b’karatteristriċi konta l-ħruq.

Ix-xogħolijiet f’kull sala kellhom l-isfidi tagħhom, speċjalment dawk loġistiċi u anke fi żmien il-pandemija COVID 19. Sabiex titnaqqas l-inkonvenjenza, ir-residenti fis-swali li fihom sar ix-xogħol ġew trasferiti temporanjament fi swali li nħolqu apposta.

Permezz ta’ dan il-proġett mhux biss sar titjib fil-ħajja u d-dinjità tal-anzjani, impjegati u viżitaturi, iżda wkoll tnaqqas drastikament l-użu tal-enerġija fil-Faċilta’ u b’hekk nimxu fid-direzzjoni ta’ direttivi Ewropej dwar il-qasam, primarjament il-Green Deal.

Il-Kummissjoni Ewropea tisħaq għall-implimentazzjoni ta’ miżuri u inizjattivi sabiex l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem nett fid-dinja b’inizjattivi li jistgħu jsalvaw il-pjaneta tagħna mill-perikli li qed jinħolqu mit-tibdil fil-klima.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.