aacc.gov.mt

Kura tal-Anzjani (Teorija u Prattika)

Titlu: Il-Kura tal-Anzjani: Teorija u Prattika
Kodiċi: LAS1101
Kerditi: 14ECTS
Livell ta’ Kwalifikazzjoni: Award f’livell 5
Korp ta’ Akkreditazzjoni: Università ta Malta
Frekwenza tal-kors: Darbtejn fis-sena (Frar/Settembru)
Mod ta Attendenza: Full-Time jew Part-Time (skont id-domanda tal-pubbliku)
Kif ser jingħata: Lezzjonijiet fil-klassi, spjegazzjonijiet b’xeni reali fis-swali jew kmamar (simulated ġewwa iċ-Ċentru tat-Taħriġ kif ukoll prattika fis-swali)
Tul tal-kors: 17-il ġimgħa
Età: 16+
Lingwa: Malti/Ingliż
Post: Ċentru tat-Taħriġ, SVP

Skop tal-Kors

L-għan ġenerali ta’ dan il-kors huwa li jippermetti lill-istudenti jiksbu l-għarfien u l-ħiliet prattiċi sabiex jappoġġjaw lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u jkunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv fl-ambjenti tal-kura fit-tul għall-kura tal-anzjani.

It-teorija u l-prattika matul dan il-kors huma iddisinjati biex jiżviluppaw il-kapaċità tal-istudent biex ikun jista’ jaħdem fi ħdan il-qasam sabiex wieħed ikun jista’ jipprovdi kura ta’ kwalità u pożittivita mal-pazjenti, anzjani, residenti u persuni fil-bżonn.

Rekwiżiti Meħtieġa

L-applikanti għandu jkollhom 16-il sena’ l fuq u temmew l-iskola sekondarja. L-applikanti għandhom ikunu fil-pussess ta’ kondotta tajba tal-pulizija u jkollhom ċertifikat tat-tluq mill-iskola. Il-motivazzjoni li nsegwu hija ċ-ċavetta għall-istudenti kollha ta’ suċċess tagħna. Litterat fil-Malti u l-Ingliż.

Kif tista’ tapplika

L-applikazzjonijiet bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż jintlaqgħu ġewwa l-uffiċju taċ-Ċentru tat-Taħriġ, SVP jew billi jintbagħtu b’email fuq [email protected]

Għal iktar informazzjoni tista’ iċċempel fuq 22912473/22912485, jew tibgħat email fuq [email protected]

Ħlas

Flimkien mal-applikazzjoni, il-ħlas ta Eur75 huwa applikabbli.

X’ser titgħallem?

Tul il-perjodu ta’ dan il-kors inti ser titgħallem kif:

  • Tagħti kura iċċentrata madwar il-pazjent u kif tkun tista’ tassisti l-anzjani fl-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum.
  • Tipprovdi kura billi żżomm u tiżviluppa l-livell massimu ta’ indipendenza u l-kwalità tal-ħajja ta’ kull resident jew klijent individwali.
  • Tuża approċċ infurmat għas-soluzzjoni tal-problemi biex tipprovdi kura u assistenza lill-klijenti u lill-familji
  • ipprovdi kura u assistenza għal klijenti/residenti li jesperjenzaw sfidi konjittivi u/jew tas-saħħa mentali
  • Tinteġra ma’ membri oħra tat-tim multi-dixxiplinarju
  • Tikkomunika b’mod ċar, preċiż u effettiv mal-klijenti/residenti u l-familji
  • Twettaq il-kompetenzi meħtieġa b’mod riflessiv, responsabbli u professjonali.

Opportunitajiet ta’ xogħol u taħriġ għall-futur

  • B’dan il-kors inti tkun tista’ taħdem bħala carer kwalifikata ġewwa Malta u Għawdex
  • Tista’ tavvanza biex tkompli tistudja f’ċentri oħra ta’ studji dwar ix-Xjenza ta’ Saħħa, Servizzi fil-Komunità kif ukoll taħriġ iktar avvanzat dwar ix-xjenza u l-kura tas-saħħa.

Struttura tal-Programm

  • Modulu 1: L-irwol tal-’Care assistant’ fit-tim multi-dixxiplinarju
  • Modulu 2: Kura fil-Ġerjatrija
  • Modulu 3: Komunikazzjoni
  • Modulu 4: Nutrizzjoni fl-Anzjani
  • Modulu 5: Prevenzjoni u Kontroll ta Infezzjonijiet
  • Modulu 6: Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol
  • Modulu 7: Kura Akuta, Kura fit-tul u Kura fil-Komunità’
  • Modulu 8: Kura f’persuna bid-dimensja
  • Modulu 9: Ħiliet kliniċi
  • Modulu 10: Prattika Klinika

Siegħat ta’ Tagħlim Totali

Lezzjonijiet Studju Individwali Prattika Klinika Assessments
187 Siegħa
50 Siegħa
187 Siegħa
4 Siegħa

Assessments

Il-marka finali ser tkun ibbażata hekk:

Assessments Pass Mark % tal-marka Finali
Kitba ta’ Riflessjoni
45%
20%
Eżami tal-kitba
45%
40%
Logbook*
45%
20%

*marka ta’ mill-inqas 45% kemm fil-Logbook u kemm fil-OSCE hija mandatorja biex il-marka globali tkun tista’ tinħareġ.

Jekk l-istudent ma jkunx ġab pass mark fil-prattika u fl-eżami, l-istudent jista’ jerġa jagħti l-eżami darba biss. Jekk l-istudent jgħaddi fl-OSCE u fl-eżami imma jfalli fl-assessment l-oħrajn imbagħad:

  1. Jekk l-istudent jgħaddi bil-marka globali, l-istudent irid jerġa jagħmel dawk li ma jkunx għadda minnhom;
  2. Jekk l-istudent ma jġibx il-pass mark fil-marka globali, irid jerġa’ jagħmel l-assessments li ma jkunx għadda minnhom. Jekk jibqa’ ma jgħaddix, il-kors kollu jkun irid jiġi ripetut.
  3. L-istudenti kollha ma jistgħux jaqbżu l-5 t’ijiem ta’ mard u 5 t’ijiem (25 siegħa) ta’ assenza fil-klassi. Jekk jiġri dan, kull student ma jkunx eliġibbli sabiex jagħmel l-aħħar eżami finali tal-prattika jew dak tal-kitba.
  4. Kull student/a għandu jħares l-istruzzjonijiet u linji gwida tal-Faċilita’ għal-Kura fit-tul ġewwa SVP. Jistgħu jittieħdu azzjonijiet dixxiplinarji mill-Università’ ta’ Malta, jekk l-istudent immur kontra kull forma ta’ mġieba ħażina matul dan il-kors.

Jekk l-istudent jirrepeti l-assessment, il-marka massima li jista’ jġib hija ta 45%. Jekk l-istudent jirrapporta ma jiflaħx għall-eżami, importanti li jiġi ippreżentat ċertifikat tal-mard f’inqas minn 24 siegħa, biex ikun jista’ jirrepeti l-eżami.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.