aacc.gov.mt

Reġistrazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi suġġetti għall-Miżura Agroambjentali Klimatika 6 (2014-2020)

Ir-reġistrazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi hija waħda mill-funzjonijiet tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti bħala servizz komplementari għall-Miżura Agroambjentali Klimatika 6 (AECM 6) 2014-2020. Id-detenturi ta’ riżorsi ġenetiċi li jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt waħda mill-AECM jistgħu jikkonsultaw mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti għall-verifikazzjoni tar-razez tat-Tiġieġa Sewda Maltija u l-Barri Malti.

Reġistrazzjoni ta’ kollezzjonijiet ta’ riżorsi ġenetiċi

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti bħala l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 511/2014 jiffaċilita r-reġistrazzjoni ta’ kollezzjonijiet ex situ li d-detenturi tal-kollezzjonijiet ikunu jixtiequ jinkludu fir-reġistru ta’ kollezzjonijiet tal-UE. L-iskop ta’ dan ir-reġistru huwa li jiżgura li l-utenti ta’ riżorsi ġenetiċi li jutilizzaw tali riżorsi ġenetiċi għal attivitajiet ta’ riċerka jew żvilupp, jagħmlu dan f’konformità mal-obbligi ta’ qsim ta’ aċċess u benefiċċju li japplikaw madwar l-UE li jiksbu kunsens informat u preċedenti u termini maqbula reċiprokament minn pajjiżi li jirregolaw l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi fl-Unjoni.

Dawn is-servizzi jiġu pprovduti permezz tal-Unità għall-Konservazzjoni ta’ Riżorsi Ġenetiċi (CGRU) fi ħdan id-Direttorat.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.