aacc.gov.mt

Iċ-Ċentru Servizz Anzjan kiseb il-Quality Label

Il-Quality Label hija marka ta’ kwalità li jista’ jikseb kull dipartiment jew entità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, meta l-kwalità tas-servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell ta’ servizz kif definit permezz tal-4 Pilastri tas-Servizz ta’ Kwalità (vuċi li tipprovdi smigħ lill-klijent u l-aspettattivi tiegħu, disinn li jitfassal fuq livelli taˈ kwalità fil-kuntest ta’ dawn l-aspettattivi, pakkett ibbażat fuq l-għotja ta’ servizz ta’ eċċellenza u kontabilità fejn kull min jagħti servizz jidħol responsabbli għas-sodisfazzjon tal-klijent), l-5 Kriterji ta’ Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabilità, Empatija, Assigurazjoni, Reazzjoni u Aspetti Tanġibbli), Direttiva 4-2 u kull direttiva jew politika li tistabbilixxi livelli ġodda ta’ servizz ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.

 

Iċ-Charter taċ-Ċentru Servizz Anzjan jista’ jitniżżel bil-verżjoni Maltija minn hawn.

 

Bil-kisba tal-Quality Label, iċ-Ċentru Servizz Anzjan huwa kommess li jwettaq monitoraġġ kontinwu tal-livelli miksuba bil-għan taż-żamma tal-Quality Label.

 

Aktar informazzjoni dwar il-Quality Label tista’ tiġi aċċessata minn h​awn​.​​

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.