Domiciliary Nursing
Id-Domiciliary Nursing hu mmirat sabiex jagħti servizz ta’ infermiera jew assistenza medika fid-dar. Dan is-servizz hu pprovdut u kkoordinat mit-Taqsima tal-CommCare u jaħseb għall-ħtiġijiet tal-klijent b’mod personali u ħolistiku, fejn jintuza metodu tal-immaniġġjar tal-każ. Dan jintlaħaq billi l-membri kollha tat-tim jiġu nvoluti u fejn ikun hemm bżonn jiġu nvoluti wkoll professjonisti u entitajiet oħra. Dan is-servizz jista’ jintuża wkoll ma’ servizzi oħra tas-saħħa u oħrajn soċjali li huma meħtieġa f’kull komunità.
X’SE TINGĦATA
Meta każ jiġi riferut, dan jiġi eżaminat minn professjonisti li jiddistingwu bejn każijiet sempliċi ta’ żjarat li jsiru fid-djar u dawk il-każijiet aktar komplessi li jeħtieġu aktar impenn intens mit-tim.
Klijenti li jkollhom ħtiġijiet aktar komplessi rigward is-saħħa jkollhom żjara fid-dar u jsir assessjar bir-reqqa. Ladarba il-ħtiġijiet tagħhom jiġu ddentifikati, pjan ta’ kura jiġi mfassal bil-kollaborazzjoni tal-klijenti, familji tagħhom u ma’ persuni li jaħdmu b’mod volontarju mal-klijenti.
Persuna li tirċievi kura mill-CommCare tiġi eżaminata skont il-bżonn. CommCare għandhom l-awtorità li ma jaċċettawx referenzi mhux addattati u hija responsabbli li tiddeċiedi fuq l-għoti tas-servizz u l-frekwenza tat-trattament
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja