aacc.gov.mt

Is-Servizz ta’ Occupational Therapy

Is-Servizz ta’ Occupational Therapy huwa kkonċernat li jippromovi s-saħħa u l-benessri tal-anzjan permezz ta’ okkupazzjoni. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jippermetti lil anzjan jipparteċipa f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Dan r-riżultat jinkiseb billi wieħed jaħdem mal-anzjan u kommunitajiet biex itejbu l-abbiltà tagħhom biex jidħlu f’okkupazzjonijiet li jridu jew li jeħtieġu, inkella billi jimmodifikaw l-ambjent ħalli jagħtu appoġġ aħjar fl-okkupazzjonali tagħhom.

X’SE TINGĦATA

Assessjar tas-Saħħa u Ħiliet Bażiċi.

Ippjanar u Implimentazzjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.

Reviżjoni ta’ Programmi Terapewtiċi.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq u ma jistgħux joħorġu minn darhom;
  • Anzjani residenti f’Djar Residenzjali tal-Gvern jew li jifformaw parti mill-iskema tal-Public Private Partnership
  • Il-persuni li jeħtieġu riabilitazzjoni fil-komunità huma kkunsidrati skont id-diskrezzjoni tal-Allied Health Professionals.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Kiri ta’ Sodod b’Għoli Varjabbli u Motorizzati lill-Persuni Eliġibbli li Jgħixu fil-Komunità

Persuna li għandha 60 sena jew aktar, għadha tgħix fil-komunità u ma tistax toħroġ mis-sodda jew ikollha diffikultajiet biex toħroġ mis-sodda, tista’ tikri sodda motorizzata.

X’SE TINGĦATA

  • Assessjar dettaljat minn Fiżjoterapista jew Occupational Therapist fid-dar tal-persuna stess biex tiddetermina jekk persuna hijiex eliġibbli għal dan is-servizz jew le.
  • Il-persuna eliġibbli għal dan is-servizz tkun trid tħallas disgħa u għoxrin ewro u ħamsin ċenteżmu tal-ewro (€29.50) fix-xahar li jinkludi l-VAT. Il-kumplament tal-ħlas għall-kera tas-sodda motorizzata, flimkien mal-ispejjeż kollha tat-trasport tas-sodda u tal-lifter, fejn ikun hemm bżonn titħallas mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.
  • Il-kera ta’ kull xahar titħallas kollha mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità f’każ ta’ dawk il-persuni li għandhom formola roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
  • Is-sodda motorizzata titwassal fid-dar tal-persuna eliġibbli, u tintrama fuq il-post fi żmien ħmistax (15) -il ġurnata tax-xogħol min-notifika lill-kuntrattur mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

ELIĠIBBILTÀ

Dan is-servizz huwa mmirat għal dawk il-persuni li jgħixu fil-komunità u għandhom sittin (60) sena jew aktar, u/jew:

  • ma jistgħux joħorġu mis-sodda;
  • ikollhom diffikultajiet biex joħorġu mis-sodda;
  • huma f’riskju għoli li jiksbu tibdil fl-istruttura tal-muskoli;
  • jeħtieġu pożizzjoni addattata tal-ġisem fis-sodda relatata ma’ problemi ta’ saħħa oħra.

TMIEM TAS-SERVIZZ

Il-klijenti jistgħu jwaqqfu dan is-servizz meta jridu. Meta għal xi raġuni jew oħra s-servizz ma jkunx aktar meħtieġ, il-klijenti jew il-qraba tagħhom għandhom javżaw lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità immedjatament. Min-naħa tiegħu l-kuntrattur għandu jiġbor is-sodda lura fi żmien jumejn minn meta jiġi notifikat biex jagħmel dan. Il-ħlas tal-kera jieqaf mid-data li fiha l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tkun notifikata li s-servizz mhux aktar meħtieġ.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Wieħed għandu jimmarka is-servizz tal-Fiżjoterapija jew Occupational Therapy biex japplika għal dan is-servizz.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.