aacc.gov.mt

Kura tad-Dimensja fid-Djar

Titlu: Kura tad-Dimensja fid-Djar
Frekwenza tal-kors: Skond il-ħtieġa (Bosta drabi darbtejn fis-sena)
Mod ta Attendenza: Sagħtejn (2hours) – Darba fil-ġimgħa
Tul tal-kors: 10 ġimgħat
Età: 16+
Lingwa: Malti/Ingliż
Post: Ċentru tat-Taħrig, SVP jew Online

Skop tal-kors

Ir-riċerka stabbiliet li l-biċċa l-kbira tal-kura hija pprovduta minn dawn il-persuni li joffru kura lil tal-familja. Waħda mill-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dimensja ta’ Malta 2013-2020, hija li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni bi dimensja kif ukoll tal-membri li jieħdu ħsiebhom.

Kif tista’ tapplika

L-applikazzjonijiet bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż jintlaqgħu ġewwa l-uffiċju taċ-Ċentru tat-Taħrig, jew billi jintbagħtu b’email fuq [email protected]

Għal iktar informazzjoni tista’ iċċempel fuq 22912473/22912485, jew tibgħat email fuq [email protected]

Ħlas

Dan il-kors huwa b’xejn.

X’ser titgħallem waqt il-kors?

  • Dan il-kors joffri l-aħħar żviluppi dwar id-dimensja.
  • Joffri opportunita’ biex titgħallem dwar l-esperjenza ta’ persuni bid-dimensja minn perspettiva differenti
  • Perspettiva aħjar biex persuni bid-dimensja jkunu jistgħu jgħixu aħjar fil-komunita’
  • Tagħlim dwar stadji differenti tad-dimensja u kif persuni li joffru l-kura jistgħu jifhmu aħjar dawn l-istadji differenti
  • Opportunita’ lil persuni li joffru il-kura biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom
  • Għarfien lil persuni li joffru il-kura lil persuni bid-dimensja biex joffru kura lil tal-familja

Intenzjoni tal-kors

Dan il-kors huwa maħsub għal dawk il persuni li joffru kura lill-membri tal-familja, qraba u ħbieb bid-dimensja. It-terminu “persuni/a li toffri kura lil tal-familja” jirreferi għal dawk il-persuni li jieħdu ħsieb il-qraba u dawk l-aktar għal qalbhom u ma jitħallsux formalment għas-servizz li jagħtu.

Kontenut tal-kors

Dan il-kors huwa mfassal fuq għaxar (10) ġimgħat u jingħata fic-Ċentru tat-Taħrig, ġewwa SVP.

Is-sezzjonijiet huma ta’ sagħtejn kull waħda u jingħataw darba fil-ġimgħa.

Matul dawn l-għaxar (10) ġimgħat, il-programm tal-kors ser ikun hekk:

  • 1 ġimgħa – Introduzzjoni fuq id-Dimensja
  • 2 ġimgħa – Arranġamenti dwar kif tista taddatta kif wieħed jpoġġi bilqiegħda u dwar is-sintomi tal-imġieba differenti fid-dimensja
  • 3 ġimgħa – Kunċetti żbaljati dwar id-dimensja u l-attitudnijiet diffiċli
  • 4 ġimgħa – Servizzi tad-Dimensja fil-Komunita’ Maltija u Għawdxija
  • 5 ġimgħa – Attivitajiet ma’ persuni bid-Dimensja u l-aħħar stadju tad-dimensja u xi gruppi ta’ sapport jeżistu sabiex wieħed jirreferi għall-għajnuna neċessarja
  • 6 ġimgħa – Nutrizzjoni fid-dimensja u l-kontinenza (modi ta` kif ittawal il-kontinenza)
  • 7 ġimgħa – Persuni li jieħdu ħsieb persuni bid-dimensja fil-komunita’ u Servizz ta’ Respite
  • 8 ġimgħa – L-importanza tal-kura personalizzata. Il-Psikoloġija li timxi il’ quddiem meta tkun qiegħed tieħu ħsieb persuni bid-dimensja.
  • 9 ġimgħa – Kwistjonijiet legali dwar il-kura tad-dimensja. Valuri morali u etiċi fil-kura tad-dimensja
  • 10 ġimgħa – Kif tista taċċessa informazzjoni dwar il-kura tad-dimensja online. Informazzjoni dwar il-Dementia Intervention Team u Dementia Day Centres fil- Komunita’
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.