aacc.gov.mt

Kwalità ta’ Ħajja Aħjar għall-Anzjani li jgħixu fi Djar għall-Anzjani

Il-Karta tad-Drittijiet tenfasizza li r-residenti li jgħixu fi Djar għall-Anzjani għandhom id-dritt għad dinjità, libertà, sigurtà u benesseri fiżiku u mentali, kif ukoll il-libertà tal-għażla u l-awto-determinazzjoni tagħhom

SOSTENN GĦAD-DRITTIJIET TAL-ANZJANI

Ħafna nies ma jħossuhomx komdi jqajmu ilment jew tħassib tagħhom, iżda huwa importanti li tindirizza t-tħassib tiegħek fil-pront u mhux tħalliha teskala. Din tista’ tkun partikolarment diffiċli jekk l-ilment tiegħek huwa dwar il-kura tas-saħħa jew servizz li tiddependi minnu sabiex taqdi l-bżonnijiet bażiċi tiegħek.

X’INHUMA D-DRITTIJIET TIEGĦI?

Il-Karta tad-Drittijiet u l-Obbligi tal-Anzjani li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani tiddeskrivi d-drittijiet u l-obbligi tiegħek bħala resident u dawk tal-fornitur tas-servizz. Xi wħud mid-drittijiet u l-obbligi jinkludu:

  • Li r-residenti jkollhom dritt għar-rispett tal-valuri, twemmin u preferenzi li jħaddnu rispettati
  • Li tkun ħielsa minn kull forma ta’ abbuż, u li jingħataw il-kura tas-saħħa u assistenza fejn ikun hemm bżonn
  • Residenti jingħataw ukoll programm ta’ attività soċjali, li joffri divertiment u l–opportunità sabiex jissoċjalizzaw ma’ oħrajn.
  • Rispett lejn l-interess ġenerali tal-komunità fil-faċilità

MIN JISTA’ JGĦIN?

Jekk mhux ċert jew mhux f’pożizzjoni li tindirizza t-tħassib tiegħek tal-fornitur tas-servizz tista’ tinkontattja lil Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità sabiex jgħinuk.

Standards Minimi għad-Djar tal-Anzjani

L-Istandards jirrakomandaw ukoll lid-djar tal-Anzjani sabiex jippromwovu kultura ta’ Anzjanità Attiva fid-Dar ta’ Kura b’mod konsistenti mal–Politika Strateġika Nazzjonali ta’ Malta għal Anzjanità Attiva. Il-missjoni tad-djar tal-anzjani għandha tmur lil hinn mill-kunċett tradizzjonali ta’ ‘kura għall-anzjani’ u għandha tippermetti lir-residenti jirrealizzaw il-potenzjal sħiħ tagħhom għal benesseri fiżiku, soċjali u mentali. Għandhom jipprovdu ukoll ambjent fejn ir-residenti jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet produttivi, u stil ta’ ħajja b’saħħtu, indipendenti u sikur.

ARA L-ISTANDARDS MINIMI GHAD-DJAR TAL-ANZJANI

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.