aacc.gov.mt

Servizz ta’ Psikoterapija

Il-Psikoterapija tgħin nies li għandhom diffikultajiet fuq livell ta’ mġieba u emozzjonijiet. Permezz tal-psikoterapija, il-persuna tista’ tidentifika u tbiddel dawn l-emozzjonijiet, ħsibijiet, u mġieba bl-għan li jgħixu kwalita’ ta’ ħajja aħjar. Dan is-servizz ta’ psikoterapija jista’ jgħin lill-anzjani li jinsabu fid-djar residenzjali kif ukoll dawk fil-komunita’ sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

X’SE TINGĦATA

Is-servizz jinkludi;

  • Sessjonijiet individwali lill-klijenti li jgħixu f’residenzi tal-anzjani kif ukoll fil-komunità (skont il-bżonnijiet).
  • Sessjonijiet fi gruppi lill-klijenti li jgħixu f’residenzi tal-anzjani kif ukoll fil-komunità (skont il-bżonnijiet).

Anzjani fil-komunità se jkunu jistgħu jattendu għal dawn is-sessjonijiet fi kliniki li jinstabu fiż-Żurrieq, Birkirkara jew l-Imtarfa skont fejn jgħix il-klijent.

ELIĠIBBILTÀ

Klijenti li għandhom jiġu riferuti għal dan is-servizz jeħtieġu li jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ hawn taħt:

  • Anzjani li għandhom 60 sena `l fuq.
  • Il-klijenti jew il-carers informali tagħhom għandhom ikunu qegħdin jirċievu minn tal-inqas wieħed jew aktar mis-servizzi offruti mill-Anzjanita Attiva u Kura fil-Komunità.

KRITERJI GĦAL RIFERIMENT

Raġunijiet għal xiex wieħed jista’ jiġi riferut għall-interventi psikoterapewtiċi huma:

  • Diffikultajiet biex wieħed jaddatta għal:
    • Kundizzjoni fiżika ġdida;
    • Djanjożi ġdida;
    • Dħul f’residenza għall-anzjani;
    • Ħajja wara telfa ta’ qarib.
  • Esperjenzi frekwenti t’ansjetà, dwejjaq, nuqqas ta’ tama;
  • Nuqqas ta’ nteress jew konċentrazzjoni; f’attivitajiet ta’ kuljum
  • Tibdil estrem fl-aptit u / jew fir-rutina tal-irqad.

F’każijiet ta’ limitazzjonijiet konjittivi severi, irid jingħata kunsens mill-kuratur tal-klijent. Importanti li wieħed jinnota li f’każijiet simili, il-klijent jaf ma jiggwadanjax minn dan is-servizz.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant.

Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Kliniki tal-psikoterapisti Indirizz Ġranet u ħinijiet tal-ftuħ (b’appuntament)
Żurrieq
Triq l-Imqabba, Żurrieq ZRQ 1079
L-Erbgħa (7:00-15:00)
Birkirkara
Ċentru Ċiviku, Triq Tumas Fenech, Birkirkara BKR 2526
L-Erbgħa u l-Ġimgħa (7:00-15:00)
Mtarfa
Dar tal-Anzjani l-Imtarfa, Triq L-Anzjani, Mtarfa
It-Tnejn (7:00-15:00)

Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.