Ċentru ta’ Taħriġ
Dwarna
Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa San Vinċenz de Paul (SVP) ġie liċenzjat mill-NCFHE bħala Istitut tal-Ogħla Edukazzjoni (Numru ta’ Liċenzja: 2015-010) fejn joffri t-taħriġ neċessarju għal kull impjegat u jassigura li l-professjonisti u dawk li jaħdmu mar-residenti tingħatalhom l-aħjar taħriġ b’mod professjonali.
Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP ġie inawgurat f’2015, u mit-twaqqif ta’ dan iċ-ċentru żviluppaw ħafna proġetti oħra ta’ taħriġ sabiex jassiguraw l-aħjar kura lir-residenti kif ukoll tissaħħaħ r-riċerka u l-prattika fil-qasam tal-ġerjatrija mal-professjonisti tagħna.
Dan iċ-ċentru mhux biss inaqqas id-distakk bejn it-teorija u l-prattika imma saħansitra jinkoraġġixxi lit-tim multi-dixxiplinarju jikseb il-ħiliet neċessarji sabiex jiżviluppa kura ħolistika u individwali mar-residenti.
Il-koordinaturi ta’ dan iċ-Ċentru jaraw li jipprovdu l-aħjar prattika ibbażata fuq l-aħħar u l-aħjar riċerka u jkomplu jakkreditaw korsijiet sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja tal-klijenti tagħna.
Kommunikazzjoni kontinwa u sapport mit-timijiet tas-swali hija importanti ħafna għal dan iċ-Ċentru. Dan għaliex studenti minn entitajiet oħra bħal skejjel sekondarji, kulleġġi vokazzjonali u oħrajn saħansitra minn barra minn Malta jiġu jagħmlu esperjenza ġewwa swali ta’ SVP. Dawn l-istudenti jiġu sorveljati u mgħallma minn professjonisti ġewwa SVP. Permezz tad-dedikazzjoni u l-ħin tagħhom l-istudent imiss ir-realtà tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Fl-aħħar u mhux l-inqas sapport kontinwu min-Nursing Speciality Unit huwa ukoll ta’ importanza u ġid għal dan iċ-Ċentru sabiex inkunu nistgħu norganizzaw korsijiet aktar speċjali u prattika iktar speċifika fil-qasam tal-Ġerjatrija.
IQAP-01 – Internal Quality Assurance Policy for The Training Centre
Miri u Għanijiet taċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP:
Korsijiet kontinwi li noffru ġewwa ċ-Ċentru ta’ Taħriġ, SVP lill-impjegati tagħna:
Korsijiet oħra Kontinwi offruti miċ-Ċentru ta’ Taħriġ ġewwa SVP għall-pubbliku ġenerali:
Ikkuntattjana
Iċ-Ċentru ta’ Taħriġ jiftaħ kuljum u tistgħu c-ċemplu fuq numri 22912473/22912485 jew tibagħtu e-mail fuq [email protected]