Aħna tim ta’ uffiċjali pubbliċi kkwalifikati fil-ħarsien u l-protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti kontra t-theddid persistenti u ġdid ta’ natura bijotika u abijotika.
Dak li nemmnu fih
Aħna naħdmu id f’id mal-bdiewa, negozjanti, riċerkaturi, regolaturi oħra, kif ukoll ma’ dawk li jieħdu deċiżjonijiet politiċi, u l-pubbliku ġenerali għall-ħarsien tal-pjanti u d-diversità ġenetika tagħhom.
L-istruttura organizzattiva tagħna
Id-Direttorat tagħna jikkonsisti minn ħames unitajiet funzjonali, li jaħdmu flimkien biex iservu lill-klijenti tagħna bl-aqwa mod possibbli.
L-uffiċċji tagħna
L-uffiċċji tagħna għandhom storja twila u interessanti. Huma jinsabu fil-limiti tal-Ġonna tal-Kmand f’Ħal Lija, fil-proprjetà l-antika tal-Gran Mastru Antoine De Paule.
Il-Proġetti u L-Attivitajiet oħra
Aħna attivi ħafna wkoll f’inizjattivi u żviluppi ġodda li jġibu progress fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti u l-ġestjoni tar-riżorsi ġenetiċi għall-ikel u l-agrikoltura.