Missjoni u Viżjoni

Il-Missjoni Tagħna

Bħala l-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Pjanti għal Malta, l-Awtorità Kompetenti għall-Aċċess u l-Qsim ta’ Benefiċċji tar-Riżorsi Ġenetiċi, u l-Awtorità Kompetenti reponsabbli għall-implimentazzjoni tat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, il-missjoni tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti hija li tħares is-saħħa u l-kwalità tal-produzzjoni ta’ pjanti, żrieragħ u materjal ieħor tal-propagazzjoni tal-pjanti, billi tipprevjeni l-introduzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ pesti tal-pjanti ta’ ħsara u ta’ mard; u li tiżgura l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi lokali ta’ organiżmi għall-ikel u l-agrikoltura.

Il-Viżjoni Tagħna

Aħna naħdmu id f’id mal-bdiewa, negozjanti u sidien u mal-pubbliku biex nipproteġu l-pjanti u r-riżorsi ġenetiċi fis-settur tal-agrikoltura.