· Nispezzjonaw u nissorveljaw pjanti u materjal tal-pjanti biex nirrappurtaw u nieħdu azzjoni fuq l-eżistenza, it-tifqigħ jew t-tixrid ta’ pesti u organiżmi ta’ ħsara.
• Nikkontrollaw il-moviment ta’ pjanti u ta’ materjali tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi u fl-UE permezz ta’ sistemi ta’ notifikazzjoni, liċenzji, awtorizzazzjonijiet, passaporti u ċertifikazzjonijiet.
· Nipprovdu reġistrazzjonijiet statali u liċenzji statutorji lil operaturi professjonali involuti fil-propagazzjoni u n-negozju ta’ pjanti u materjal tal-pjanti, u lil konsulenti tekniċi b’għarfien espert dwar il-ġestjoni tal-ħamrija, ġestjoni integrata tal-pesti u ċ-ċertifikazzjoni ta’ standards biex nippermettulhom iwettqu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom f’konformità mal-liġi, u biex niżguraw opportunitajiet ġusti fis-suq tal-produzzjoni u tan-negozjar tal-pjanti.
· Niffaċilitaw l-esportazzjoni ta’ pjanti, materjal tal-pjanti, u komoditajiet oħra minn Malta lejn pajjiżi barra l-UE billi noħorġu ċertifikati ta’ moviment skont il-liġi.
· Niġġestixxu kollezzjonijiet ex situ ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura, u nipprovdu sistema għall-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-utilizzazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi.
· Naġixxu bħala pont bejn diversi setturi prinċipali li fosthom hemm is-saħħa, il-konservazzjoni, l-agrikoltura, l-edukazzjoni u r-riċerka bl-għan li nivvalutaw u nikkonservaw il-bijodiversità għall-ikel u l-agrikoltura u li nippromwovu l-użu tagħhom bħala sostenn tas-sigurtà globali tal-ikel u l-iżvilupp sostenibbli, għal ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
· Nipprovdu informazzjoni lill-klijenti tagħna kollha u lill-pubbliku dwar kwistjonijiet tekniċi u politika nazzjonali fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti u riżorsi ġenetiċi għall-ikel u l-agrikoltura.
· Nissimplifikaw l-obbligi taċ-ċittadini dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-pjanti billi nipprovdulhom il-mekkaniżmi xierqa biex iwettqu l-obbligi statutorji tagħhom mingħajr il-piż ta’ burokrazija bla bżonn.
· Inservu lill-klijenti tagħna sabiex l-attivitajiet kummerċjali, ta’ riċerka, u dawk personali ma jkunux f’kunflitt mas-saħħa, mal-kwalità u mal-integrità ġenetika tal-pjanti, tal-annimali u l-organiżmi oħra Maltin għall-ikel u l-agrikoltura, jew li jħallu impatt negattiv fuqhom.