Respite Residenzjali
L-għan tas-servizz Respite Residenzjali hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers).
X’SE TINGĦATA
Massimu ta’ 63 ġurnata ta’ kura għall-anzjani ġewwa dar tal-anzjani. Il-persuni li jieħdu ħsieb l–anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers) ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz 3 darbiet fis-sena.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
CommCare tara li kull applikant huwa suġġett għall-assessjar minn professjonisti fil-kura sabiex jiġi żgurat li s-servizz qed jiġi pprovdut lil dawk il-persuni li veru għandhom bżonnu.
SERVIZZI ESTIŻI TA’ KURA TA’ RESPITE – IBBUKKJA L-QAGĦDA TIEGĦEK F’DAR TAL-ANZJANI
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità issa qed toffri lill-klijenti eliġibbli l-flessibbiltà li jibbukkjaw huma stess sodda għal respite f’kull dar ta’ kura liċenzjata mill-OPSA. Dan is-servizz huwa disponibbli fi kwalunkwe ħin, mhux biss meta s-sodod tal-Gvern ikunu mimlija, u jippermetti lill-klijenti u lill-familji tagħhom jagħżlu skont il-post, il-fornitur tal-kura preferut jew il-bżonnijiet personali tagħhom.
Ladarba l-klijent jiġi approvat għall-kura ta’ respite, jista’ jorganizza r-respite tiegħu direttament u għandu jinforma bil-miktub lill-Respite Care Unit bl-isem tal-faċilità, id-dati tal-wasla u tal-ħruġ, u d-dettalji ta’ kuntatt tal-faċilità. Il-klijent jista’ jingħata rifużjoni ta’ sa massimu ta’ €72 kull lejl għall-ġranet approvati, sa massimu ta’ 63 jum fis-sena kalendarja. Il-klijenti huma responsabbli kompletament għall-ftehim u l-arranġamenti relatati mal-kura mal-faċilità magħżula.
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Jekk għandek xi suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u ilmenti, jekk jogħġbok ikkuntattja