Respite fid-Dar

L-għan tas-servizz Respite fid-Dar hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers). Is-servizz Respite fid-Dar jipprovdi kumpanija, soċjalizzazzjoni u/jew kura personali fir-residenza tal-anzjan. Il-kura personali tinkludi fost l-oħrajn għajnuna biex l-anzjan jinħasel, jilbes, jiekol u bżonnijiet oħra personali.

X'SE TINGĦATA

Dan is-servizz joffri care worker ikkwalifikat biex jassisti lill-anzjan fid-dar tiegħu waqt li jagħti ftit ħin ta’ mistrieħ lill-persuna li tkun qed iddur bih (informal caregiver).

  1. Ġimgħa Sħiħa (mit-Tnejn sal-Ħadd) għal 24 siegħa. Dan il-pakkett jista’ jerġa jintuża wara waqfien ta’ 6 ġimgħat, sa 3 darbiet fis-sena; jew
  2. Ġimgħa Sħiħa (mit-Tnejn sal-Ħadd) mit-08:00 sal-17:00. Dan il-pakkett jista’ jerġa jintuża wara waqfien ta’ 6 ġimgħat, sa 8 darbiet fis-sena; jew
  3. Jumejn fissi fil-ġimgħa għal 7 ġimgħat. Il-ġranet tal-ġimgħa jridu jintgħażlu mill-klijent/qarib u l-provvista tas-servizz ikun iffissat għal 7 ġimgħat. Dan il-pakkett jista’ jerġa jintuża wara xagħrejn waqfien, sa 4 darbiet fis-sena; jew
  4. Jumejn fil-ġimgħa b’4.5 sigħat kuljum – Dan il-pakkett jista’ jintuża għal sena sħiħa; jew
  5. Ġurnata fil-ġimgħa b’9.5 sigħat darba f’ġimgħa – Dan il-pakkett jista’ jintuża għal sena sħiħa; jew
  6. Servizz wieħed ta’ darba (matul il-jum jew matul il-lejl) – 3 ijiem ta’ Respite. Dan il-pakkett jista’ jintuża sa 3 darbiet fis-sena

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà:

  • Anzjan li għandu `l fuq minn 60 sena, li huma dipendenti, u li jgħixu f’residenza privata
  • Ibati bid-dimensja u/jew għandu problemi severi fl-imġieba u hemm tendenza li jkun konfuż jekk ikun hemm bidla fl-ambjent familjari
  • Għandu diffikultà biex jiġi trasportat minn post għall-ieħor u/jew ikun hemm diffikultà biex iħalli d-dar tiegħu
  • Għandu bżonn kura speċjali li ma tistax tiġi pprovduta f’respite residenzjali
  • Għandu xi problemi fis-sistema immunitarja jew jeħtieġ kura ta’ iżolazzjoni

Kull applikant huwa assessjat mill-CommCare li għandha d-dritt li tirrifjuta referenzi mhux propizji. Il-CommCare hija responsabbli wkoll mill-kwalità u l-frekwenza tas-servizz.

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikazzjoni mimlija nkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn