Servizzi Kliniċi fil-Komunità

Il-missjoni tagħna hi li nipprovdu kura fil-komunità u s-servizzi li jaqdu l-ħtiġijiet tal-pubbliku. Sabiex tkun taf jekk inti, jew membru tal-familja, jista’ jkun eliġibbli għal xi wieħed mis-servizzi u kura fil-komunità, jekk jogħġbok ara l-informazzjoni fuq din il-paġna. L-informazzjoni pprovduta hija relatata mal-kura fil-komunità u s-servizzi amministrati minn Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità

Ċentri għal Persuni bid-Dimensja

Dan is-servizz jgħin biex inaqqas l-istress lil min ikun qed jieħu ħsiebhom, filwaqt li tiġi offruta terapija sabiex il-persuni li jbatu mid-dimenzja jistgħu jibqgħu attivi

Domiciliary Caring

Ipprovdut mit-Taqsima tal-CommCare, dan is-servizz hu bbażat fil-komunità u huwa kkoordinat mit-tim tal-CommCare u jaħseb għall-ħtiġijiet tal-klijent b’mod personali u ħolistiku

Domiciliary Nursing

Dan is-servizz hu mmirat sabiex jagħti servizz ta’ infermiera jew assistenza medika fid-dar. Huwa pprovdut u kkoordinat mit-Taqsima tal-CommCare u jaħseb għall-ħtiġijiet tal-klijent b’mod personali u ħolistiku

Servizz Dijetetiku Domiċiljari

Is-servizz Dijetetiku Domiċiljari huwa mfassal biex jivvaluta, jiddjanjoża u jittratta problemi ta’ dieta u nutrizzjoni. Dan is-servizz għandu l-għan li jipprovdi aċċess liċ-ċittadini anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità, biex jiksbu analiżi komprensiva tad-dieta

Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità

Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità jipprovdi aċċess lil anzjani li ma jistgħux joħorgu minn djarhom minħabba xi problema ta’ saħħa fiżika, sabiex jiksbu Assesjar Ġerjatriku komprensiv

Is-Servizz ta’ Psikjatra fil-Komu​nità ​

Is-servizz ta’ psikjatra fil-komunità jipprovdi evalwazzjoni psikjatrika għall-anzjani li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba raġunijiet fiżiċi jew mentali

Respite fid-Dar

L-għan tas-servizz Respite fid-Dar hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers). Is-servizz Respite fid-Dar jipprovdi kumpanija, soċjalizzazzjoni u/jew kura personali fir-residenza tal-anzjan. Il-kura personali tinkludi fost l-oħrajn għajnuna biex l-anzjan jinħasel, jilbes, jiekol u bżonnijiet oħra personali

Respite Residenzjali

L-għan tas-servizz Respite Residenzjali hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers). Il-persuni li jieħdu ħsieb l–anzjani tagħhom fid-dar ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz 3 darbiet fis-sena

Servizz tal-Fiżjoterapija

Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista huwa mmirat li jgħin lil anzjan jilħaq l-potenzjal massimu tiegħu sabiex ikun jista’ jgawdi ħajja aktar indipendenti mill-aħjar li jista’. Il-fiżjoterapista jipprovdi parir/taħriġ dwar terapija u rijabilitazzjoni biex jittratta problemi dwar lmobilità

Servizz ta' Occupational Therapy

Is-Servizz ta’ Occupational Therapy huwa kkonċernat li jippromovi s-saħħa u l-benessri tal-anzjan permezz ta’ okkupazzjoni. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jippermetti lil anzjan jipparteċipa f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum biex biex itejbu l-abbiltà tagħhom

Servizz ta’ Psikoterapija

Il-Psikoterapija tgħin nies li għandhom diffikultajiet fuq livell ta’ mġieba u emozzjonijiet. Permezz tal-psikoterapija, il-persuna tista’ tidentifika u tbiddel dawn l-emozzjonijiet, ħsibijiet, u mġieba bl-għan li jgħixu kwalita’ ta’ ħajja aħjar

Servizz tal-Podjatrija

Is-Servizz ta’ Podjatrija huwa intiż biex jevalwa, jagħmel djanjosi u jittratta kundizzjonijiet ta’ anzjani relatati mas-sieq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem. Il-Podjatrista li jifforma parti mit-team tal-Allied Health Professionals, joffri servizz ta’ diversi trattamenti

Social Work

Dan isservizz jittratta ma’ każijiet ta’ xogħol soċjali, jipprovdi sapport lil klijenti, jiffaċilita l-immaniġġjar ta’ għajnuna personali u l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni, intervent fejn ikun hemm każ ta’ kriżi, assessjar fuq Home Help Service, u jsir koordinazzjoni ma’ sptarijiet

Teħid ta’ Demm​​

Dan jikkonsisti f’teħid ta’ demm lill-individwi u t-trasport tal-kampjuni tad-demm ġewwa l-Isptar Mater Dei sabiex jiġu nvestigati. L-iskop ta’ dan is-servizz huwa li anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom

Tim ta' intervent tad-Dimenzja

Dan it-tim jipprovdi servizz fil-komunità lill-persuni bid-dimenzja u lil dawk li jieħdu ħsiebhom. Issir valutazzjoni ħolistika tas-sitwazzjoni tal-persuna bid-dimenzja u ta’ dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebha fir-residenza

Servizz ta’ Tabib tal-Familja fil-Komunità

Is-servizz ta’ tabib tal-familja fil-komunità għandu l-għan li jipprovdi appoġġ ħolistiku għall-immaniġġjar ta’ mard kroniku lill-klijenti anzjani li ma jistgħux joħorġu minn darhom minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali

Din l-informazzjoni hi ntiża sabiex isservi bħala gwida ġenerali biss u m’għandhiex tiġi ttrattata bħala dikjarazzjoni kompluta u  awtorevoli tal-liġi. Sar kull sforz sabiex jiġi żgurat illi l-informazzjoni hija korretta fid-data murija. L-informazzjoni hija ppreżentata f’lingwaġġ ta’ ġeneru inklużiv. Madanakollu, kull referenza għal ġeneru partokolari hija użata fejn, jew jinħass li hija l-aktar xierqa