Is-Servizz ta' Occupational Therapy
Id-dipartiment joffri s-servizzi tagħhom lir-residenti tagħna bħala parti mit-tim tar-rijabilitazzjoni u jżomm kuntatt mal-membri l-oħra tat-tim kif meħtieġ. Jittieħed approċċ olistiku biex jgħin lill-klijenti jiksbu l-potenzjal massimu tagħhom. Għal din ir-raġuni, apparti minn sessjonijiet ta’ terapija individwali u ta’ grupp organizzati minn OTs, diversi attivitajiet huma offruti għal skopijiet vokazzjonali u ta’ divertiment biex jippromwovu l-interazzjoni soċjali u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Attivitajiet bi skop huma pprovduti wkoll biex iżommu jew jaġġornaw il-prestazzjoni funzjonali tal-klijenti f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum.