Servizz ta’ Tabib tal-Familja fil-Komunità
Is-servizz ta’ tabib tal-familja fil-komunità għandu l-għan li jipprovdi appoġġ ħolistiku għall-immaniġġjar ta’ mard kroniku lill-klijenti anzjani li ma jistgħux joħorġu minn darhom minħabba problemi ta’ saħħa fiżika jew mentali. Klijenti li diġa qed jirċievu servizzi mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) u li jsofru minn kundizzjonijiet mediċi kumplessi, se jiġu identifikati mill-professjonisti fi ħdan l-AAKK u riferuti lit-tabib tal-familja fil-komunità.
X'SE TINGĦATA
Ladarba klijent jiġi riferut, il-każ jiġi diskuss u pjan ta’ kura jiġi mfassal mill-professjonisti skont il-bżonnijiet tal-klijent. It-tabib tal-familja jwettaq żjara domiċiljari flimkien mal-professjonist tal-AAKK fejn meħtieġ. Professjonisti oħra mit-tim multidixxiplinarju jistgħu jkunu involuti skont il-bżonn u żjarat oħra jiġu ppjanati skont il-ħtieġa.
ELIĠIBBILTÀ
- Klijenti tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK);
- Klijenti li ma jistgħux joħorġu barra minn djarhom minħabba l-kundizzjoni fiżika jew mentali;
- Klijenti li jkollhom kundizzjonijiet mediċi kumplessi u kroniċi
KIF TAPPLIKA
Klijenti eliġibbli jiġu identifikati mill-Commcare u/jew minn professjonisti oħra fi ħdan l-AAKK u dawn jiġu riferuti lit-tabib tal-familja fil-komunità
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn