Dementia Intervention Team
Id-Dementia Intervention Team (DIT) joffru għajnuna lil persuni bid-dimensja li joqgħodu fil-komunità, kif ukoll lill-familjari li jkunu qed jieħdu ħsiebhom. It-tim jagħmel dan billi joffri edukazzjoni u pariri lil familjari; jirrakomanda servizzi ta’ sapport fil-komunità u jsiru żjarat u għajnuna permezz tat-telefon skont il-bżonn. Issir valutazzjoni ħolistika tas-sitwazzjoni tal-persuna bid-dimensja u ta’ dawk li jkunu qed jieħdu ħsiebhom ġewwa r-residenza fejn jkunu qed jgħixu. Wara dan l-eżami, jiġi mfassal pjan ta’ kura, speċifikament għal kull każ. Dan jista’ jinkludi informazzjoni u taħriġ; sapport; pariri dwar is-sigurtà u strateġiji magħmulin kemm għall-persuni bid-dimensja kif ukoll għall-persuni li jieħdu ħsiebhom. L-għan ewlieni ta’ dawn il-professjonisti huwa li l-persuna bid-dimensja tkompli tgħix b’mod attiv fil-komunità u jkun hemm titjieb fil-kwalità tal-ħajja.
X'SE TINGĦATA
It-tim ta’ professjonisti jipprovdi pakkett ta’ kura speċjalizzata biex jappoġġjaw il-persuna bid-dimensja u lil dawk in-nies li jieħdu ħsiebhom. Perjodikament it-tim jibqa’ jsegwi kull każ u jbiddel il-pjan ta’ għajnuna skont il-bżonn. It-tim isir punt ta’ referenza ewlenija għall-persuni bid-dimensja u l-familja tagħhom.
ELIĠIBBILTÀ
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant irid ikollu dijanjosi ta’ dimensja
- L-applikant irid ikun qed jgħix fil-komunità