Servizz Dijetetiku Domiċiljari
Is-servizz Dijetetiku Domiċiljari huwa mfassal biex jivvaluta, jiddjanjoża u jittratta problemi ta’ dieta u nutrizzjoni. Dan is-servizz għandu l-għan li jipprovdi aċċess liċ-ċittadini anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità, biex jiksbu analiżi komprensiva tad-dieta.
X'SE TINGĦATA
Is-servizz jinkludi;
- Valutazzjoni dijetetika inizjali u żjarat oħra skont il-ħtiġijiet tal-klijent
- Parir dwar dieta xierqa għall-kundizzjonijiet kliniċi/mediċi speċifiċi
- Taħriġ, pariri u appoġġ għal dawk li jagħtu l-kura, jew professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa
ELIĠIBBILTÀ
Iċ-ċittadini Maltin u l-barranin kollha li għandhom numru tal-identità Maltija li huma;
- Ċittadini anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobilità u li għandhom 60 sena jew aktar
Kriterji għal Riferiment
- Klijenti b’bidu ta’ ikel enterali jew klijenti li ma jistgħux jieklu xejn mill-ħalq, kif rakkomandat minn Speech and Language Pathologist
- Klijenti fuq ikel enterali permezz ta’ tubu NG/PEG/RIG
- Bidla fil-kundizzjoni klinika li titlob reviżjoni tal-ikel enterali
- Klijenti fi prova ta’ mingħajr tubu nażogastriku
- Klijenti b’telf sinifikanti fil-piż
DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Applikazzjoni mimlija inkluż ir- Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ir-Rapport Mediku jrid jinkludi:
- Lista ta’ kwalunkwe medikazzjoni li tittieħed (jekk applikabbli)
- Storja medika relatata mal-ikel u n-nutrizzjoni
- Dieta/reġim tal-ikel kurrenti li huma preskritti (jekk applikabbli)
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn