Is-Servizz ta’ Podjatrija

Is-Servizz ta’ Podjatrija huwa intiż biex jevalwa, jagħmel djanjosi u jittratta kundizzjonijiet ta’ anzjani relatati mas-sieq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem. Il-Podjatrista li jifforma parti mit-team tal-Allied Health Professionals, joffri servizz ta’ diversi trattamenti għall-kura tas-saqajn, bħalma hija l-ġilda (e.g. felul, kallijiet u infafet); difer tas-sieq (e.g. difer li ħxien, bla kulur jew li kiber ġol-laħam); ħsara fis-sieq u lgħaksa u kumplikazzjonijiet oħra relatati mad-dijabete fis-sieq jew meta jkun hemm b’diffikulta fil-mixi.

X'SE TINGĦATA

Valutazzjoni u Trattament tas-sieq u l-kundizzjoni relatata magħha.
Eżami taċ-cirkolazzjoni tad-demm u n-nervituri tas-sieq.
Kwalunkwe parir li hu meqjus neċessarju.

ELIĠIBBILTÀ

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan li għandu 60 sena `l fuq
  • Residenti f’Dar Residenzjali tal-Gvern jew li jifforma parti mill-iskema tal-Public Private Partnership
  • Li jgħix fid-dar personali tiegħu u li ma jistax ikollu aċċess ġo klinika tal-gvern minħabba saħħa u fraġilità. Jingħata wkoll servizz lil anzjan li d-dar tiegħu għandha barrieri strutturali u meta llift ma jkunx disponibbli

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib ta’ l-applikant.
  • Lista ta’ kwalunkwe medikazzjoni li tittieħed
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link

Jekk tixtieq tgħaddi xi suġġeriment jew tagħmel xi lment jekk jogħġbok ikklikkja hawn